BEJGĦ MINN GROCERS NHAR TA’ ĦADD U FIL-FESTI PUBBLIĊI BEJN L-1 TA’ MARZU U L-31 TA’ OTTUBRU
Il-Ministeru tal-Kompetittività u l-Komunikazzjoni, permezz tas-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żghar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, jixtieq ifakkar lis-sidien tan-negozji ta’ grocers li jinsabu f’żoni turistiċi li ghandhom il-ħanut tagħhom mhux akbar minn 200 metru kwadru u li jixtiequ jibqgħu miftuħa nhar ta’ Ħadd u festi pubbliċi bejn l-1 ta’ Marzu u l-31 ta’ Ottubru li jistgħu jagħmlu dan billi japplikaw għand it-Trade Licensing Unit, Lascaris, il-Belt Valletta. B’hekk tkun tista’ tiġi ppublikata roster bl-ismijiet tal-ħwienet li jkunu jistgħu jiftħu nhar ta’ Ħadd skond ir-regolamenti kif stipulati mill-Avviż Legali: Trade Licences Regulations 2002, li jirregola l-ħinijiet tal-kummerċ. Il-lista tal-lokalitajiet turistiċi huma mniżżla fit-tielet skeda ta’ l-istess Avviż Legali.
Għaldaqstant, dawk kollha li għandhom ħwienet ta’ grocer li jixtiequ jiftħu nhar ta’ Ħadd u li jikkwalifikaw għal dan il-permess, huma mitluba biex japplikaw għand it-Trade Licensing Unit fuq il-formola ‘L’. Din il-formola tista’ tinġabar ukoll mingħand il-Kunsill Lokali rispettiv, mingħand is-Small Business and Crafts Directorate, kif ukoll minn fuq il-web page tal-Gvern www.gov.mt fis-sezzjoni ‘Ħidma u Kummerċ’ taħt ‘Servizzi tal-Kummerċ’.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946