IL-GVERN SE JKOMPLI JAGĦMEL ĦILTU BIEX JITĦARSU R-REGOLAMENTI TAL-KAĊĊA U L-INSIB
Il-Gvern qed jaħdem bis-sħiħ biex ir-regolamenti tal-kaċċa u l-insib jiġu mħarsa. Għal dan il-għan, il-bieraħ saret laqgħa preseduta mill-Ministru għall-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, George Pullicino mal-Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur John Rizzo, mal-Kap tal-Forzi Armati, il-Brigadier Carmel Vassallo u maċ-Chairman tal-Kumitat ‘Ornis’, is-Sur Joe Sultana biex tiġi kkordinata l-ħidma ta’ infurzar tal-liġi għar-rigward tal-kaċċa u l-insib, issa li l-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa huwa fil-qrib.
Il-Ministeru jħeġġeg lill-għaqdiet tal-kaċċaturi u l-kaċċaturi stess biex jikkoperaw bis-sħiħ mal-Gvern u mal-forzi tas-sigurta’, sabiex titrażżan il-kaċċa illegali fi sforz biex ikunu salvagwardati l-għasafar protetti u biex jiġi mħares dak li nkiseb fin-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946