Left arrow Mur Lura

IS-SETTUR TAL-PRODUZZJONI TAL-FJURI FIL-PJAN AGRIKOLU TAL-GVERN

PR0428
Date Icon 21/03/2005

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Biedja u s-Sajd, Dr. Francis Agius, dalgħodu żar kumpless ta’ 5,000 metru kwadru, ta’ art agrikola li jkopri serer fejn jitkabbru fjuri għas-suq lokali u seta’ jara l-investiment ta’ ‘l fuq minn Lm100,000 li qed issir minn dan il-produttur tal-fjuri. Dan l-investiment jikkonsisti  f’ġibjun taħt l-art biex jiġbor l-ilma tax-xita, kumpless għall-ippakkjar tal-fjuri, cold storage facilities, sistema ta’ kontroll awtomatiku fis-serer. Dan qed isir biex isaħħaħ din l-ażjenda billi jkollu iżjed effiċjenza għall-produzzjoni.  

Meta kien qed jindirizza lill-media, Dr. Agius ħabbar li l-iskema ta’ l-EAGGF (European Agriculture Guidance and Guarantee Funds) li fiha żewg miżuri li jammontaw għal Lm1.6 miljuni għall-perjodu 2004 sa l-2006. L-ewwel miżura ta’ EAGGF, magħrufa aħjar bħala 3.2, ta’ 2004 għal fondi ta’ Processing and Marketing ġiet konkluża u ser titħabbar fi ftit jiem oħra. Dr. Agius qal li fl-istess waqt għaddejja l-evalwazzjoni tal-miżura l-oħra,  magħrufa bħala 3.1, għall-fondi strutturali ta’ investiment fl-Agrikoltura.  

Għas-sena 2004 dawn iż-żewġ miżuri ser jipprovdu għajnuna lis-settur agrikolu ta’ madwar Lm900,000; filwaqt li għas-sena 2005 u 2006 il-fondi għal dawn iż-żewġ miżuri ser jammontaw għal LM600,000.  

Dr. Agius qal, li filwaqt li qed jitqassmu dawn il-fondi sa l-2006, il-Gvern ġia qed jinnegozja l-pakkett ta’ għajnuna li jmiss għas-settur Agrikolu li jaqa’ taħt il-pjan għall-iżvilupp Rurali (RDP) li jwassal sa’ l-2013.  Dr. Agius qal li kieku Malta mhix membru ta’ l-Unjoni Ewropea ħafna minn dawn il-fondi ma kienux jaslu għand il-bdiewa għax l-Unjoni Ewropea tagħti dawn il-fondi lill-membri tagħha biss.  

Dr. Agius awgura li jkun hemm iktar investiment f’dan is-settur li, jista’ mhux biss ikabbar din l-industrija imma ukoll li permezz ta’ din l-industrija, jkompli jissebbaħ l-ambjent ta’ madwarna. Dr. Agius ħeġġeġ lill-bdiewa kollha biex japprofittaw ruħhom minn dawn il-fondi u japplikaw mad-dipartiment biex mhux biss jikbru għas-suq lokali imma jkunu jistgħu jinfetħu swieq għall-pajjiżi oħra.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow