ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN – MARZU 2005
PR0425
21/03/2005
Il-ħruġ ta’ Stocks tal-Gvern li għalihom intlaqgħu applikazzjonijiet bejn l-14 u s-17 ta’ Marzu kellhom rispons qawwi mill-investituri kollha ta’ kull xorta tant li t-Teżor irċieva 3,266 applikazzjoni għal ammont globali ta’ aktar minn Lm74.5 miljuni meta l-Istocks maħruġa kienu jammontaw għal Lm40 miljun.
L-applikazzjonijiet minn investituri żgħar laħqu total ta’ ’l fuq minn Lm16-il miljun.
It-Teżor għalhekk iħabbar li l-applikazzjonijiet kollha ta’ l-investituri ż-żgħar qed jintlaqgħu bla tnaqqis filwaqt li l-kumplament li ġejjin minn investituri istituzzjonali se jkunu allokati skond il-prezz ta’ l-offerta mitfugħa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946