Left arrow Mur Lura

MIĊĦUD RAPPORT QARRIEQI RIGWARD IL-LIĠIJIET DWAR IL-KONTIJIET TA’ L-ELETTRIKU

PR0422
Date Icon 20/03/2005

B’riferenza għar-rapport li deher fil-ħarġa ta’ It-Torċa ta’ llum 20 ta’ Marzu,  bit-titlu “Titħejja liġi ġdida fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma……Ħallas f’14-il jum jew jaqtgħulek is-servizz!”, fejn ġie allegat li l-Korporazzjoni Enemalta qed tħejji xi kumplott sigriet biex tiddaħħal liġi ġdida biex il-konsumaturi jħallsu l-kont tad-dawl fi żmien ħmistax-il ġurnata, il-Gvern jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku għal Regolament 73 tar-Regolamenti dwar il-Provvista ta’ l-Elettriku magħmula Liġi bl-Avviż tal-Gvern 223 ta’ l-1940 li jgħid:  

“If accounts duly presented are not paid within fourteen days of their presentation, or if the deposit required in terms of regulation 8 of these regulations is not made within fourteen days of the request, the supply of current may be suspended without any previous notice being given.”  

Għall-informazzjoni ta’ kulhadd, inkluż ta’ min kiteb ir-rapport fil-gazzetta msemmija, dan ir-Regolament ilu Liġi f’Malta għal 65 sena.  

Il-Gvern jistqarr b’mod ċar li ma jeżistu ebda pjanijiet biex il-liġijiet jinbidlu b’xi mod li jnaqqsu jew jibdlu ż-żmien minimu li tistipula diġà l-Liġi, li fih il-Korporazzjoni li tipprovdi s-servizz ta’ l-elettriku, jkollha d-dritt li tissospendi s-servizz jekk ma jitħallsux il-kontijiet.      

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow