Left arrow Go Back

FAĊILITA’ SPORTIVA OĦRA TA’ KWALITA’ F’GĦAWDEX

PR0421
Date Icon 20/03/2005

Fid-dawl tal-ħolqien ta’ niċeċ turistiċi għal Għawdex, il-gżira tista’ toffri faċilitajiet sportivi ta’ kwalita’ li permezz tagħhom, id-dilettanti jistgħu jipprattikaw dixxiplini differenti f’Għawdex. Dan qalitu dalgħodu, l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, meta inawgurat uffiċjalment il-Gozo Shooting Range, li tinsab fil-limiti taż-Żebbuġ.  

Il-Gozo Shooting Range hija faċilita’ ta’ livell olimpiku mgħammra b’dak kollu meħtieġ għall-ipprattikar ta’ l-isport ta’ l-isparar fuq il-plattini. Hawnhekk, id-dilettanti ta’ l-isparar tal-plattini jistgħu jipprattikaw diversi dixxiplini ta’ sparar. L-Olympic Trench tikkonsisti fi pjattaforma, li tinsab taħt tinda, minn fejn jisparaw sitt tiraturi. Fl-Olympic Trench jista’ jsir sparar f’kundizzjonijiet differenti ta’ temp.  

Il-Gozo Shooting Range tinkludi wkoll faċilitajiet minn club house, fosthom bar u uffiċċju. Il-faċilitajiet kollha huma aċċessibbli għall-persuni b’diżabilita’. Ir-Range se tiġi amministrata mill-Gozo Clay Target Association, li tħaddan magħha membri Għawdxin dilettanti ta’ l-isparar fuq il-plattini.  

Ix-xogħol fuq il-Gozo Shooting Range kien jikkonsisti fil-ħolqien ta’ spazju adegwat, il-livellar tal-parkeġġ, il-bini ta’ l-olympic trench u l-club house, u x-xiri ta’ l-apparat meħtieġ. Matul dawn l-aħħar snin, ġew investiti madwar Lm140,000 fuq dan il-proġett.  

L-Onor. Giovanna Debono qalet li t-twaqqif tal-Gozo Shooting Range kien proġett importanti għall-qasam sportiv t’Għawdex. Minbarra li joffri faċilitajiet ta’ livell lil dawk kollha li jipprattikaw dan l-isport f’Għawdex, dan il-proġett ikompli jsaħħaħ il-prodott turistiku tal-gżira. Il-Ministru Debono qalet li, ta’ sikwit, Maltin u barranin iżuru lil Għawdex sabiex jipprattikaw xi tip ta’ sport. Il-faċilita’ tal-Gozo Shooting Range ser tkun qed toffri opportunita’ oħra għal tip ta’ sport differenti li jista’ jattira ammont ta’ turiżmu intern u barrani lejn Għawdex, matul ix-xhur kollha tas-sena.  

Il-Ministru Debono fakkret fl-investiment li sar mill-Gvern sabiex Għawdex ikollu faċilitajiet sportivi ta’ kwalita’ fosthom il-Kumpless Sportiv t’Għawdex li kontinwament għaddej minn xogħol ta’ manutenzjoni sabiex jibqa’ ta’ l-ogħla livell possibbli. Il-Ministru Debono rreferiet ukoll għall-proġett ta’ floodlighting tal-Gozo Stadium, li wkoll ser iwassal sabiex din tkun faċilita’ sportiva oħra ta’ livell f’Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow