IL-PRIM MINISTRU JIPPARTEĊIPA FIL-KUNSILL TAL-MINISTRI GĦALL-AFFARIJIET EKONOMIĊI U L-FINANZI TA’ L-UNJONI EWROPEA U S-SUMMIT TA’ L-UNJONI EWROPEA
Il-Prim Ministru l-Onor Lawrence Gonzi, llum ħalla Malta għal Brussell, fejn se jipparteċipa fil-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi ta’ l-Unjoni Ewropea, is-Summit ta’ l-Unjoni Ewropea kif ukoll laqgħa tal-Partit Popolari Ewropew.
Il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Michael Frendo, is-Segretarju Parlamentari għall-Finanzi, Tonio Fenech, ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana, il-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru, Edgar Galea Curmi , l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Belġju, Tarcisio Zammit, s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, Paul Zahra u d-Direttur tal-Politika dwar l-Unjoni Europea, John Inguanez.
Il-Prim Ministru huwa mistenni lura Malta nhar l-Erbgħa 23 ta’ Marzu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946