Left arrow Mur Lura

IS-SERVIZZ TAT-TQASSIM TAL-PETROL U D-DIESEL GĦALL-KONSUMATURI SE JERĠA ’ LURA GĦAN-NORMAL ILLUM

PR0416
Date Icon 18/03/2005

Illum fl-4.15 ta’ wara nofsinhar il-management tal-Korporazzjoni Enemalta ser jattendi laqgħa ta’ konċiljazzjoni dwar l-azzjonijiet industrijali li ordnat il-General Workers’ Union .  

Il-Korporazzjoni qablet li tattendi din il-laqgħa wara li d-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjiegi offra li “qabel tibda l-laqgħa, [id-Direttur għar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjiegi] ser jistaqsi lill-union jekk id-direttivi li ħarġet neħħithomx u jekk it-tweġiba tkun fl-affermattiv, jistaqsi lill-Korporazzjoni jekk is-sospensjonijiet mix-xogħol ġewx terminati u jekk it-tweġiba tkun fl-affermattiv, tinbeda l-laqgħa ta’ konċiljazzjoni.” Din il-proposta tad-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjiegi kienet aċċettabbli għall-Korporazzjoni.  

Sadattant il-Korporazzjoni Enemalta ħadet miżuri biex minkejja d-direttivi li ordnat dal-għodu l-General Workers’ Union u li s’issa għadhom fis-seħħ, is-servizz tat-tqassim tal-petrol u d-diesel għall-konsumaturi jerġa’ lura għan-normal.  

Numru ta’ impjegati tal-Korporazzjoni Enemalta llum wara nofsinhar marru fl-impjant 31 ta’ Marzu 1979 f’Birżebbuġa biex jaħdmu minflok il-ħaddiema li ilhom minn dal-għodu li waqqfu x-xogħol minħabba d-direttivi tal-union. L-impjegati li marru fl-impjant minflokhom minn taqsimiet oħra tal-Korporazzjoni ser iħaddmu l-valvijiet tal-pompi biex iż-żjut ikunu jistgħu jiġu ppumpjati mit-tankijiet tal-ħażna għat-trakkijiet tad-distribuzzjoni.  

It-trakkijiet tad-distribuzzjoni huma misjuqa minn kuntratturi privati.  

Il-GRTU qablet mal-Gvern biex is-sidien tal-pompi tal-petrol iżommu l-pompi tagħhom miftuħin sa tard bil-lejl sakemm id-distribuzzjoni kollha ssir. Dan ser jassigura li l-pompi tal-petrol se jkollhom l-istokk kollu li għandhom bżonn għall-week-end.  

Apparti minhekk id-distribuzzjoni ser twassal iż-żjut ukoll l-ajruport li jfisser li minkejja d-direttivi tal-union li issa ilhom minn nhar it-Tlieta, is-servizz fl-ajruport ser jibqa’ għaddej.

Il-Gvern u l-Korporazzjoni Enemalta jixtiequ għal darb’oħra juru l-apprezzament tagħhom għad-determinazzjoni li wrew il-ħaddiema li aċċettaw li jidħlu lura għax-xogħol u ma jobdux id-direttivi illegali tal-union. Il-Gvern u l-Korporazzjoni jirringrazzjaw ukoll lill-GRTU, lis-sidien tal-pompi tal-petrol u lid-distributuri privati li qed jikkoperaw b’mod sħiħ biex ineħħu l-inkonvenjent lill-pubbliku.  

Il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni Austin Gatt stqarr li l-Gvern hu determinat li jassigura li jkunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi, il-pubbliku jkun ipprovdut f’kull ħin mis-servizzi essenzjali u li ebda ċirkostanzi bħal m’huma l-azzjonijiet illegali tal-union m’għandu jkollhom effett negattiv fuq il-provvisti essenzjali li jeħtieġ il-pubbliku.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow