Left arrow Mur Lura

TINBEDA T-TIENI FAŻI TAL-WATER STORM PROJECT FIL-MARSA

PR0397
Date Icon 16/03/2005

Il-ħidma intensiva fl-ewwel fażi tal-Water Storm Project, li twettqet mill-ħaddiema tal-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura matul l-2004 f’Ħal Qormi u l-Marsa, ħalliet riżultati inkoraġġanti ħafna.  Ma kienu rappurtati l-ebda każi ta’ għargħar f’dawn l-inħawi minkejja l-volum kbir ta’ xita li kellna f’pajjiżna fl-aħħar xhur. Madankollu t-tieni fażi ta’ dan il-proġett hija vitali sabiex din il-problema tittaffa dejjem iktar. Dan qalu l-Ministru Ninu Zammit meta żar ix-xogħlijiet fl-inħawi tal-Millennia fil-Marsa. Din tikkomprendi twessiegħ tal-kanal eżistenti li jinsab ma’ ġenb Triq it-Torba f’Albert Town. L-ewwel 120 metru ta’ dan il-kanal li jibda minn Triq Aldo Moro lejn Jetties Wharf, se jitwessa bi 8 metri. L-aħħar 150 metru ta’ dan il-kanal li jasal sa Xatt il-Mollijiet, se jiġi mibni fuq rotta li tgħaddi mill-ex-Skola tas-Snajja’ San Ġużepp Ħaddiem. Dan se jsir sabiex jiġi evitat intervent fuq binjiet meqjusa bħala storiċi.  

Il-ħidma f’din il-fażi tal-proġett hi kbira. Dan jixhdu l-kwantita’ ta’ skavar ta’ materjal li jrid isir, li jlaħħaq ’l fuq minn 20,000 metru kubu. Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura spjega li x-xogħol jikkonsisti wkoll fi twaqqiegħ ta’ tlett imħażen u precasting ta’ 160 biċċa tal-konkos rinfurzati biex jiġu ffurmati l-ġnub ġodda tal-kanal (embankments). Il-ħaddiema fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet se jkunu wkoll qegħdin jibnu pontijiet ġodda u jiffurmaw madwar 1,000 metru kwadru ta’ art tul il-kanal. Il-Ministru Ninu Zammit tenna li dan ix-xogħol diġa’ nbeda fil-bidu ta’ Frar u għandu jintemm sa l-aħħar ta’ Awissu. L-ispiża totali fuq din il-fażi ta’ dan il-proġett, inkluż il-pagi tal-ħaddiema, se tlaħħaq ’l fuq minn Lm700,000.  

L-ewwel fażi ta’ dan il-proġett li kien jikkonsisti fi twessiegħ u bini mill-ġdid tal-kanal minn Ħal-Qormi sa Triq Aldo Moro fil-Marsa, twettqet kollha mill-ħaddiema tal-Gvern. F’din it-tieni fażi ta’ dan il-proġett se jerġgħu jkunu l-ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura li jwettqu dawn ix-xogħlijiet.  

Il-Ministeru għaddej ukoll b’ħidma sabiex jinxtraw inġenji u makkinarju sabiex dawn ix-xogħlijiet flimkien ma’ oħrajn jitwettqu b’mod iktar effiċjenti. Il-Ministru Ninu Zammit fakkar li Malta akkwistat miljun Ewro mill-Unjoni Ewropea sabiex ikunu jistaw jitwettqu xogħlijiet għal prevenzjoni mill-għargħar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow