Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FRANCIS AGIUS IQASSAM LM127,754 LILL-PROCESSURI TAT-TIĠIEĠ

PR0390
Date Icon 15/03/2005

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Biedja u s-Sajd, Dr Francis Agius, dalgħodu iltaqa’ mal-proċessuri tat-tiġieġ u qassam għajnuna finanzjarja lil dan is-settur. B’kollox matul is-sena 2004, il-Gvern qassam xejn inqas minn Lm127,754 lil dan is-settur. Dan ikompli juri li l-Gvern żamm mal-wegħda tiegħu li jgħin lil dan is-settur tat-tiġieġ.  

Dr Agius spjega li din l-għajnuna li qed jagħti l-Gvern hija ndirizzata biex tgħin ħalli jsir ir-ristrutturar meħtieg biex titħares l-iġjene u biex il-proċessuri jkunu jistgħu jikkompetu mal-proċessuri l-oħra fil-pajjiżi Ewropej.  Dr Agius kompla jispjega kemm hu mportanti li jibqgħu jkunu konformi ma’ l-istandards li huma laħqu kif ukoll ma’ l-istandards sanitarji għax dan huwa prodott frisk li jrid jingħata l-attenzjoni meħtiega.  

“Ninnota b’sodisfazzjon kbir”, kompla Dr. Agius, “li l-proċessuri tat-tiġieġ investew eluf kbar ta’ liri f’dan is-settur għax qed jaraw li hemm suq għal pajjiżna kif ukoll qed iħarsu lejn il-pajjiżi l-oħra Ewropej fejn jistgħu jsibu suq ukoll.  Il-prodott frisk li dawn il-proċessuri tat-tiġieġ jipproduċu għall-konsumatur Malti huwa ta’ kwalita` aqwa minn dak li jista’ jigi mpurtat, għar-raġuni li f’ħin ta’ ftit sigħat il-prodott lokali jasal għand il-konsumatur Malti”, temm jgħid Dr Agius.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow