Left arrow Go Back

MALTA GĦANDHA X’TIGGWADANJA MIT-TWAQQIF TA’ AĠENZIJA GĦALL-KONTROLL TAS-SAJD TAL-KOMUNITA’ EWROPEA

PR0383
Date Icon 14/03/2005

Pajjiżi żgħar bħalma hi Malta, għandhom x’jiggwadanjaw mit-twaqqif ta’ Aġenzija għall-Kontroll tas-Sajd tal-Komunità Ewropea.  Pajjiżna jista’ jiggwadanja mir-riżorsi ta’ spezzjonijiet u monitoraġġ li tagħmel l-Aġenzija kif ukoll mill-fatt li l-Aġenzija se tkun kapaċi toffri protezzjoni diretta u mmedjata f’każijiet ta’ sajd illegali li ma jkunx irrapurtat jew ikkontrollat. Dan qalu l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino waqt id-diskussjoni dwar it-twaqqif ta’ Aġenzija għall-Kontroll tas-Sajd tal-Komunità Ewropea, fil-laqgha tal-Kunsill tal-Ministri responsabbli mill-Agrikoltura u Sajd ta’ l-Unjoni Ewropea.  Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea taħseb għat-twaqqif ta’ Aġenzija għall-Kontroll tas-Sajd tal-Komunità Ewropea li għandha tassigura li jkun hemm struttura li tgħaqqad fiha r-riżorsi kollha ta’ monitoraġġ u spezzjonar fis-settur tas-sajd bejn l-Istati Membri kollha.

Il-Ministru Pullicino qal li din l-Aġenzija għandha twassal biex l-Istati Membri jkollhom il-possibiltà li jisfruttaw ir-riżorsi miġbura mill-Aġenzija biex jinfurzaw ir-regolamenti ta’ konservazzjoni fir-rigward ta’ dgħajjes kemm minn pajjiżi membri oħrajn kif ukoll minn pajjiżi terzi.  Hu żied jgħid li l-proposta tikkonferma wkoll kemm pajjiżi żgħar bħalma hi Malta mhux talli ma jitilfux mis-saħħa tagħhom bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea iżda jistgħu jibbenefikaw mit-tisħiħ ta’ l-operat tagħhom permezz ta’ għajnuna u kollaborazzjoni bejn pajjiżi membri.

Intant l-aġenda tal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri kienet tinkludi proposta tar-Renju Unit dwar l-impatt tas-sajd bit-tkaxkir fuq id-dniefel fl-Oċean Atlantiku, l-aktar fil-kanal bejn ir-Renju Unit u Franza.  Kien hemm qbil, inkluż minn Malta, li l-Kummissjoni Ewropea għandha tieħu l-passi kollha f’din iż-żona biex tħares id-dniefel. Il-Ministru Pullicino intervjena wkoll fid-diskussjoni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD).  Hu nsista li l-Fond għandu jindirizza ferm aktar il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kull pajjiż membru, u b’mod speċjali l-ħtiġijiet ta’ pajjiżi żgħar, bħalma hi Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow