Left arrow Mur Lura

IL-QAGĦDA TAD-DISTRIBUZZJONI TAĊ-ĊILINDRI TAL-GASS FOST IL-KONSUMATURI

PR0382
Date Icon 14/03/2005

L-impjant ta’ l-ibbottiljar tal-gass fil-Qajjenza matul il-ġimgħa li għaddiet kompla b’siegħat imtawla tal-produzzjoni biex jisboq id-domanda tad-distributuri tal-gass għall-mili ta’ ċilindri vojta.  

Din it-tabella turi s-siegħat ta’ xogħol maħduma u n-numru ta’ ċilindri bbottiljati fil-ġranet li għaddew:  

Medja Normali

It-Tnejn 07.03.05

It-Tlieta 08.03.05

L-Erbgħa

09.03.05

Il-Ħamis 10.03.05

Il-Ġimgħa 11.03.05

Ċilindri mimlija

5,000

7,528

6,218

10,279

5,721

6,682

Tunnellati ta’ gass użati

45

112

77

119

81

90

Id-distributuri taċ-ċilindri nfurmaw lill-impjant ta’ l-ibbottiljar, li l-istokk li għandhom ta’ ċilindri huwa aktar milli jissodisfa d-domanda għall-konsumaturi. Għalhekk għall-ewwel darba f’diversi ġimgħat, l-impjant ta’ l-ibbottiljar  ma ħadimx nhar is-Sibt 12, u l-Ħadd, 13 ta’ Marzu.  

F’dawn il-ġranet komplew jonqsu wkoll it-telefonati mill-konsumaturi biex jitolbu li ċ-ċilindri battal tagħhom jinbidel ma’ wiehed mimli. Din it-tabella turi n-numru ta’ telefonati f’dawn l-aħħar ġranet.  

Medja Normali

It-Tnejn 07.03.05

It-Tlieta 08.03.05

L-Erbgħa

09.03.05

Il-Ħamis 10.03.05

Il-Ġimgħa 11.03.05

Is-Sibt 12.03.05

Numru ta’ telefonati fuq 21651660

120

148

179

152

163

39

12

Ta’ min jgħid li matul din l-aħħar ġimgħa, saret kampanja pubbliċitarja estensiva fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni, biex tinforma lill-pubbliku bin-numru tat-telefon għal min jixtieq jitlob informazzjoni dwar iċ-ċilindri tal-gass.

Minkejja din il-kampanja pubbliċitarja, it-total ta’ telefonati mingħand il-konsumaturi naqas minn 1,709 bejn l-1 u s-6 ta’ Marzu, għal 693 bejn is-7 u t-12 ta’ Marzu u mill-medja ta’ 2,106-il telefonata kull ġimgħa matul Frar. It-tnaqqis fin-numru ta’ telefonati huwa indikatur ieħor li d-domanda minn naħa tal-konsumaturi issa qed tintlaqa’.  

Il-Gvern jixtieq jirringrazzja lill-GRTU għall-koperazzjoni tagħha fl-isforz ta’ dawn l-aħħar ġimgħatejn biex jintemm l-inkonvenjent għall-konsumaturi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow