NOLL TAT-TRASPORT PUBBLIKU GĦALL-ISTUDENTI U ĦADDIEMA GĦAWDXIN
Il-Ministeru għal Għawdex jixtieq javża li ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta f’dipartimenti jew entitajiet oħra tal-Gvern, studenti li jattendu l-Universita’ ta’ Malta fuq bażi full-time, kif ukoll dawk l-istudenti li ma jkollhomx stipendju, studenti oħra li jkunu jattendu kors ta’ studju f’Malta full-time li ma jkunx isir f’Għawdex, ser tinħarġilhom dikjarazzjoni mill-Ministeru għal Għawdex li huma jaħdmu jew jistudjaw f’Malta.
Permezz ta’ din id-dikjarazzjoni huma ser ikunu ntitolati li jħallsu 15-il ċenteżmu għal kull traġitt mill-Imġarr sa Victoria bejn l-4.00 p.m. u s-6.00 p.m. bejn il-15 ta’ Settembru u t-30 ta’ Ġunju, u bejn is-2.00 p.m. u l-4.00 p.m. fil-ġranet l-oħra kollha.
Din id-dikjarazzjoni għandha tinġabar mingħand l-uffiċjal inkarigat mis-sussidji fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946