Left arrow Go Back

MATSEC …. X’TAĦSEB?

PR0372
Date Icon 11/03/2005

Illum permezz ta’ l-Istazzjon Edukattiv, Channel 22, il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni flimkien mal-Bord għar-reviżjoni tal-MATSEC, xandar l-ewwel tele-konferenza biex ikun hemm diskussjoni dwar l-eżamijiet tal-MATSEC bħala parti mir-riforma li trid iseħħ f’dan is-settur. Parti mill-ewwel sessjoni ixxandret ukoll fuq TVM.  

Waqt il-ftuħ u l-għeluq tat-tele-konferenza l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea qal li permezz tar-reviżjoni tal-MATSEC il-Gvern jixtieq li ssir analiżi kritika tas-sistema preżenti u jsiru s-suġġerimenti u r-rakkomandazzjonijiet biex is-sistema tkompli timxi ‘l quddiem.  “Hu għalhekk li xtaqt li l-konferenza, biex issir diskussjoni pubblika, ma ssirx ġo xi sala fejn ikunu jistgħu jidħlu biss ftit mijiet, imma li nużaw l-istazzjon edukattiv biex nilħqu l-akbar ammont possibbli ta’ ġenituri u studenti u tal-pubbliku.”   

Eluf ta’ Maltin u Għawdxin kellhom l-opportunita’ jsegwu wieħed mill-programmi li ttellgħu apposta u li fihom tkellmu studenti, għalliema, persuni mill-MATSEC, esperti fis-suġġett, u l-kelliema għall-Oppożizzjoni u l-Alternattiva Demokratika.  Dan jidher ċar mill-ammont kbir ta’ telefonati, messaġġi SMS u messaġġi permezz tal-posta elettronika li ntbgħatu mis-semmiegħa.   

Is-sistema tal-MATSEC inħolqot fl-1991 bl-iskop li tissostitwixxi l-eżamijiet tal-GCE fil-livelli ‘O’ u ‘A’ ta’ Bordijiet mir-Renju Unit, b’sistema ta’ eżamijiet lokali imfasslin għall-istudenti Maltin u Għawdxin. Iż-żewġ sistemi ta’ eżamijiet li ġew żviluppati isegwu il-prinċipji tal-Kurrikulu Nazzjonali.  L-eżami tas-SEC (Ċertifikat ta’ Edukazzjoni Sekondarja) li kien joffri ċertifikat f’kull suġġett sal-livell li wieħed jilħaq hekk kif jispiċċa l-edukazzjoni obbligatorja.  Il-Matrikola, minn naħa l-oħra, hi s-sistema li twassal lill-istudenti biex ikomplu studji f’istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla inkluż l-Universita’.  

Matul dawn il-programmi, xxandru features informattivi dwar il-MATSEC li inkludew: kif taħdem din is-sistema, xi kwalifiċi huma meħtieġa biex wieħed ikompli jistudja f’istituzzjoni ogħla jew biex isib impjieg, x’assistenza tingħata lil min ipoġġi għall-eżemijiet tas-SEC u l-MATSEC, kif wieħed għandu jipprepara għal eżami, pariri dwar kif wieħed għandu jwieġeb mistoqsijiet waqt eżami, kif tkun imħejjija karta ta’ eżami u l-proċess ta’ kif tiġi kkoreġuta.  

Kull min ikun irid jibgħad xi suġġeriment jew kumment jista jagħmel dan billi jibgħat ittra bil-miktub lill:  

Bord ta’ Reviżjoni tal-MATSEC  

Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol,  

Furjana  

Jew billi jżuru s-sit ta’ l-internet: http:///www.cct.um.edu.mt/matsecreview  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow