Left arrow Go Back

L-ISKOLA SEKONDARJA ĠDIDA F’ĦAL KIRKOP

PR0371
Date Icon 11/03/2005

Ir-rapport li xandar il-bieraħ ‘One News’  dwar l-iskola l-ġdida sekondarja f’Ħal Kirkop hu żbaljat.  Jidher li min fassal ir-rapport kellu f’moħħu biss li jallarma bla ma eżamina l-fatti sewwa, xejn xejn, fl-interess tas-semmiegħa ta’ l-istess ‘One News’.   

Il-fatti fir-rigward ta’ l-istruttura ta’ l-iskola l-gdida msemmija huma dawn:

·        Il-perit ta’ l-FTS u uffiċjali oħra li jaħdmu fuq is-sit kuljum, u li huma stazzjonati hemm, il ħin kollu jiċċekkjaw li x-xogħlijiet li qegħdin jagħmlu l-kuntratturi jsiru sewwa u skond is-sengħa.

·        Is-sena l-oħra l-uffiċjali ta’ l-FTS ġibdu l-attenzjoni tal-periti responsabbli għad-disinn ta’ l-iskola, kif ukoll tal-kuntrattur għal rapporti ta’ difetti f’xi blajjet u f’xi planki.

·        Il-perit responsabbli għad-disinn ikkonferma bil-miktub illi ma kienx hemm problema li taffettwa l-istruttura.

·        Sabiex tkun żgurata minn dan, l-FTS talbet il-pariri ta’ esperti fuq l-istruttura tal-bini u saru l-“load tests” skond il-British Standards, fejn meħtieġ.

·        Ir-riżultati tat-testijiet ikkonfermaw illi l-istrutturi tal-concrete indikati għaddew mit-test u ħadu l-“load” kollha li kellhom jieħdu, skond kif ġew iddisinjati.  B’hekk il-perit responsabbli skond il-liġi, ikkonferma li ma kienx hemm diffikulta` fl-istruttura tal-bini.  

Ta’ min iżid illi, la l-ġurnalist li għamel ir-rapport u lanqas min ġibed il-filmat u r-ritratti, ma talbu l-ebda permess biex jidħlu fuq s-sit ta’ kostruzzjoni ta’ din l-iskola, kif normalment isir.  Dan jikkonferma illi r-rapport u l-visita bil-moħbi tal-ġurnalisti ma jistgħux jitqiesu bħala ġenwini, u saru bi skopijiet ulterjuri.  

Ir-rapport tal-bieraħ, b’irresponsabbilita`, ipprova jallarma l-istudenti, l-għalliema u staff ta’ skejjel tal-Gvern, kif ukoll lill-ġenituri fuq skejjel oħrajn.  Mill-informazzjoni li għandha f’idejha l-FTS, ma jidhirx li hemm problemi strutturali ta’ periklu f’xi skola tal-Gvern.  Kull fejn kellha u kull fejn ikollha rapporti dwar xi periklu jew dubju ta’ periklu l-FTS, fuq struzzjonijiet tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, dejjem ħadet il-passi kollha biex tiġi żgurata s-sigurtà għal kulħadd.   

L-iskop ta’ l-FTS huwa li tipprovdi skejjel moderni u ta’ l-aħjar kwalità.  Wieħed jieħu gost jinnota li l-media ta’ l-Oppożizzjoni qiegħda tqis il-proġett ta’ l-iskola l-ġdida f’Ħal Kirkop bħala “flagship” ta’ l-FTS.  Min tassew għandu l-interess ta’ l-edukazzjoni għal  qalbu, la jagħmel ħsara u lanqas jipprova jfixkel ix-xogħol siewi li qegħda tagħmel l-FTS fl-iskejjel tal-Gvern f’Malta u Għawdex.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow