PREŻENTAZZJONI TA’ ‘WARRANTS’ LIL ERBA’ PROKURATURI LEGALI ĠODDA
PR0369
11/03/2005
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Dr Tonio Borg illum wara nofs inhar qassam il-warrants lil erba’ Prokuraturi Legali ġodda.
F’kelmtejn ta’ l-okkażjoni, l-Ministru Tonio Borg, wara li feraħ lill-Prokuraturi Legali l-ġodda u awguralhom suċċess fil-karriera tagħhom, ħeġġiġhom biex josservaw l-etika tal-professjoni tagħhom, li hija waħda importanti fis-sistema legali ta’ pajjiżna.
Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm il-Prim Inhallef Vincent Degaetano, l-Avukat Ġenerali Dr Silvio Camilleri, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern u l-Presidenti tal-Kamra ta’ l-Avukati u tal-Kamra tan-Nutara.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946