Left arrow Mur Lura

IKTAR ĦADDIEMA KWALIFIKATI GĦALL-INDUSTRIJA TAT-TURIŻMU F’GĦAWDEX

PR0360
Date Icon 10/03/2005

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) f’Għawdex qiegħed joffri opportunita’ lil studenti u ħaddiema Għawdxin sabiex ikomplu jitħarrġu f’qasam mill-iktar importanti għall-iżvilupp ekonomiku ta’ Għawdex, it-turiżmu.

Dan qalitu dalgħodu l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, meta kienet qed tqassam ċertifikati lil madwar 25 persuna li temmew b’suċċess korsijiet organizzati mill-ITS f’Għawdex matul l-aħħar sena. Il-korsijiet ta’ Food & Beverage Service u Food Preparation & Production wasslu għal ċertifikazzjoni mill-ITS (Malta) u mis-City & Guilds.  

Il-Ministru Debono tkellmet dwar il-ħtieġa ta’ ħaddiema li joffru servizzi professjonali f’kull livell fejn tidħol l-industrija tat-turiżmu. Hija ħeġġet lil dawk preżenti sabiex ikomplu jsegwu iktar korsijiet marbuta ma’ din l-industrija. Il-Ministru Debono tkellmet dwar il-proġett tal-faċilitajiet ta’ taħriġ li se jinbena minflok iċ-ċentru preżenti ta’ l-ITS, b’investiment ta’ madwar €1.3miljun, li qiegħed jiġi ko-finanzjat permezz tal-Fondi Strutturali għal Malta għall-perijodu 2004-2006, taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.  

Il-Ministru Debono tkellmet ukoll dwar il-ħtieġa li Għawdex ikun destinazzjoni turistika distinta li toffri faċilitajiet u prodott ta’ kwalita’ f’niċeċ speċjalizzati fit-turiżmu. Huwa għalhekk li l-Ministeru għal Għawdex issottometta żewġ proġetti għall-ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea, li jirrigwardaw speċifikament żewġ niċeċ turistiċi għal Għawdex: l-isport tal-għadds (diving) u t-turiżmu kulturali.

Il-Ministru għal Għawdex tkellmet dwar il-proġett Niche Tourism for the Island of Gozo, li jinkorpora fih it-twaqqif ta’ Decompression Chamber u l-ħolqien ta’ sit artifiċċjali għall-għaddasa, kif ukoll dwar il-proġett marbut mal-fdalijiet uniċi taċ-Ċirku tax-Xagħra. Dan il-proġett ta’ l-aħħar, li jinkludi x-xiri ta’ vetrini speċjalizzati sabiex fihom jintwerew il-fdalijiet preistoriċi uniċi, ser jiġi kumplimentat bil-proġett tal-modernizzar tal-Mużew ta’ l-Arkeoloġija mill-aġenzija nazzjonali Heritage Malta.

Il-Ministru Debono ferħet lil dawk li attendew il-korsijiet ġewwa l-ITS f’Għawdex għas-suċċess li kisbu filwaqt li awguratilhom li jibqgħu jaħtfu opportunitajiet ta’ taħriġ u edukazzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow