INĊENTIVI GĦALL-UŻU TA’ ENERĠIJA ALTERNATTIVA
Kif tħabbar fid-diskors tal-Budget 2005, il-Gvern qiegħed jintroduċi inċentivi ġodda biex tintuża enerġija alternattiva kif ukoll biex jippromovi talent lokali. Għalhekk ġew imnedija skemi biex jinkoraġixxu l-użu ta’ vetturi li jaħdmu bl-elettriku u ta’ solar water heaters għall-użu fid-djar.
B’dawn l-iskemi, kull min jixtri karozza li taħdem bl-elettriku jew solar heater jista’ japplika biex jieħu mingħand il-Gvern għotja ta’ darba biss fi żmien 3 xhur mid-data tax-xiri.
Fuq vettura li taħdem bl-elettriku din l-għotja hija ta’ 15.25% tal-valur tax-xiri sa massimu ta’ Lm500. Fil-waqt li fuq solar water heaters l-għotja tkun ta’ 15.25% tal-valur tax-xiri sa massimu ta’ Lm50.
L-iskema l-oħra qed tippromovi t-talent lokali. B’din l-iskema kull min jixtri strument mużikali li jidher fil-lista ppubblikata fil-gazzetta tal-gvern, jista’ wkoll jibbenifika minn għotja ekwivalenti ta’ 15.25% tal-valur tax-xiri, sa massimu ta’ Lm200 valur totali b’kollox.
Dawn l-inċentivi msemmija japplikaw ukoll fuq xiri li sar diġa’ bejn l-1 ta’ Jannar 2005 sal-lum. L-applikazzjonijiet għandhom isiru fuq il-formoli preskritti li tista’ tinġabar mill-Ministeru tal-Finanzi, Triq Nofs in-Nhar, il-Belt, fil-ħinijiet ta’ l-uffiċċju, għal-aktar informazzjoni cemplu fuq 21249640/5. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu downloaded minn fuq il-website tal-Ministeru, www.mfin.gov.mt
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946