Left arrow Go Back

VERŻJONI ĠDIDA GĦALL-WEBSITE TAL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

PR0346
Date Icon 08/03/2005

Għada kif tnediet verżjoni ġdida għall-website tal-Ministeru għal Għawdex, wara tlett snin li kienet ilha tipprovdi nformazzjoni dwar Għawdex online.

L-ewwel website uffiċjali tal-Gvern għal Għawdex, www.gozo.gov.mt kienet ġiet imnedija fil-31 ta’ Jannar 2002, u kellha tlett għanijiet prinċipali: dak li tippromwovi lil Għawdex bħala destinazzjoni turistika distinta, li toħloq mezz ta’ komunikazzjoni bejn il-gżira t’Għawdex u l-Għawdxin emigranti madwar id-dinja, kif ukoll dak li tipprovdi nformazzjoni dwar diversi servizzi offruti mill-Ministeru għal Għawdex u d-dipartimenti tiegħu.  

In-numru ta’ viżitaturi li jżuru s-sit żdied minn għexieren kuljum fl-ewwel ġranet, għal medja ta’ 1200 illum. Is-sit uffiċjali t’Għawdex illum huwa wieħed mis-siti l-iktar imfittxija  lokalment, kif ukoll wiehed mill-aħjar siti  fil-website uffiċjali  tal-Gvern.  

Il-modernizzar tas-sit li sar riċentement huwa ntenzjonat sabiex jagħmlu iktar attraenti estetikament, iktar flessibbli grafikament għall-użu mill-istaff, kif ukoll iktar aċċessibbli għall-viżitaturi, speċjalment dawk bi bżonnijiet speċjali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow