Left arrow Mur Lura

ESPANSJONI MILL-KUMPANIJA DEDICATED MICROS

PR0314
Date Icon 02/03/2005

Il-Ministru ghall-Investiment, Industrija u Teknologija ta’ l-Informazzjoni, l-Onor. Austin  Gatt  iddeskriva l-kumpanija Dedicated Micros bħala kumpanija oħra ta’ suċċess ibbażat fuq il-ħiliet u l-kapaċitajiet tal-Maltin. Huwa ħabbar li l-Gvern u l-Malta Enterprise approvaw it-talbiet tal-kumpanija biex din tespandi l-operat tagħha u tiġi rilokata fil-qasam industrijali ta’ Bulebel.

Dedicated Micros (Malta) tifforma parti minn Dedicated Microcomputers Group Limited, kumpanija Ingliża bbażata f’Manchester,  u twaqqfet f’Ottubru 1990 u  mill-1999 saret l-unika sors ta’ manifattura ta’ Dedicated Micros Group Limited. It-tibdil kontinwu tat-teknoloġija fil-qasam ta’ l-industrija ta’ l-elettronika wassal għall-produzzjoni ta’ prodotti diġitali ġodda minflok dawk analogue. Il-produzzjoni ta’ Dedicated Micros (Malta) żdied bi 80% fl-aħħar tlett snin, u wassal din il-kumpanija li tkun waħda mill-akbar kumpaniji ta’ manifattura ta’ livell għoli f’dan il-qasam.

Hu mifhum li l-output tal-kumpanija mistenni jkompli jikber b’rata ta’ 10% din is-sena. Fl-1991, il-kumpanija bdiet topera b’5 impjegati biss. Illum il-ġurnata tħaddem aktar minn 160 individwu, li 20% huma gradwati jew technicians ikkwalifikati.

Permezz tal-fabbrika ġdida, Dedicated Micros (Malta) ser ikunu jistgħu jikkonsolidaw l-operazzjonijiet presenti tagħhom b’mod aktar effiċjenti, u jkollom lok għal aktar tkabbir, investiment u opportunitajiet ta’ mpjiegi ġodda. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow