Left arrow Go Back

SINJALI INKORRAĠANTI GĦAT-TURIŻMU FL-2005

PR0295
Date Icon 27/02/2005

Il-BMW Malta Marathon & Half Marathon din is-sena daħlet fl-20 edizzjoni tagħha. L-ewwel edizzjoni ta’ din il-maratona saret fl-1986. Din il-maratona llum hi parti mill-kalendarju ta’ attivitajiet sportivi tax-xitwa b’Maltin u barranin jipparteċipaw.  

Din il-maratona tiġbed lejha ’l fuq minn 700 parteċipant, nofshom barranin. Attivitajiet sportivi bħal din minbarra li kienu jgħinu lill-Maltin jikbru aktar f’saħħithom jikkontribwixxu wkoll għall-qasam turistiku fl-istaġun tax-xitwa.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qassam il-premjijiet lir-rebbieħa tal-full marathon u tal-half marathon fix-Xatt tas-Sliema. Hu feraħ lir-rebbieħa u lill-parteċipanti kollha f’dawn iż-żewġ avvenimenti sportivi filwaqt li rringrazzja lill-organizzaturi li mingħajr il-ħidma tagħhom avvenimenti bħal dan ma jistgħux jiġu organizzati. “It-turiżmu sportiv kien niċċa oħra importanti  fil-qasam turistiku u għalhekk kien jixraqlu l-appoġġ kollu tagħna. Illum pajjiżna jattira lejh eluf ta’ viżitaturi biex jiġu għal kampijiet tax-xitwa tal-football u l-waterpolo, għal tiġrijiet taż-żwiemel, underwater diving, yachting, polo, golf u atletika,” qal il-Ministru Francis Zammit Dimech li żied ifakkar li biex dan jista’ jseħħ il-Gvern investa bil-qawwi f’kumplessi sportivi, yacht marinas u impanti sportivi oħra.  

Francis Zammit Dimech qal li l-ewwel indikazzjonijiet li joħorġu mill-MIA huma li n-numru ta’ turisti li żaruna f’Jannar kien aħjar mill-istess xahar is-sena l-oħra li wkoll kien wera żieda. Hu qal ukoll li anke fejn jidħlu viżitaturi li jiġu fuq cruise liners jidher li bdejna s-sena tajjeb. Hu qal li ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika juru li f’Jannar żaru Malta 3,144 turist abbord cruise liners. F’Jannar tas-sena l-oħra ebda turist ma żar Malta abbord cruise liners filwaqt li f’Jannar 2003 kienu ġew Malta 1,977 turist abbord cruise liners. Hu awgura li anke għal dan il-qasam hekk importanti għas-settur turistiku l-2005 tkun sena tajba.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow