Left arrow Mur Lura

IFFIRMAT FTEHIM BEJN MALTA U L-KUWAIT DWAR L-EDUKAZZJONI

PR0293
Date Icon 26/02/2005

20th January, 2018

Press Releases

IFFIRMAT FTEHIM BEJN MALTA U L-KUWAIT DWAR L-EDUKAZZJONI

Il-Gvern tal-Kuwait u dak Malti iffirmaw ftehim bejniethom bl-iskop li jiżviluppaw ir-relazzjonijiet u l-kooperazzjoni ta’ bejniethom fl-oqsma ta’ l-Edukazzjoni, il-Kultura u x-Xjenza.  Waqt l-iffirmar tal-ftehim il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea qal li ż-żewġ pajjiżi diġà għandhom relazzjoni tajba ħafna u fil-passat ħadmu flimkien fuq diversi oqsma partikolarment l-oqsma ta’ l-edukazzjoni ogħla.  Louis Galea qal li kellu l-opportunità jżur il-Kuwait, u mill-esperjenza tiegħu, ż-żewġ pajjiżi għandhom ħafna aspetti li huma simili fosthom, li ż-żewġ pajjiżi jinsabu f’reġjuni ġeografikament u strateġikament importanti, li it-tnejn kienu kolonji Ingliżi u li t-tnejn huma pajjiżi relattivament żgħar b’popolazzjonijiet żgħar.  Għaldaqstant, dawn il-fatturi joffru diversi opportunitajiet ta’ kooperazzjoni u skambji bejn iż-żewġ pajjiżi biex l-edukazzjoni u r-riċerka xjentifika tkompli titjieb u ż-żewġ pajjiżi jersqu aktar viċin xulxin kulturalment.  

Fil-qasam kulturali, il-ftehim jaħseb biex ikun hemm kooperazzjoni u skambji bejn il-mużewijiet, libreriji, mużiċisti, artisti u gruppi folkloristiċi, filwaqt li fil-qasam tal-wirt storiku jkun hemm kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi, partikolarment bil-parteċipazzjoni ta’ l-esperti f’dan il-qasam u permezz ta’ skambju bejn l-istazzjonijiet edukattivi.  

Dwar il-qasam edukattiv, il-Gvernijiet ftehmu li jkun hemm kuntatt u kooperazzjoni diretta bejn l-istituzzjonijiet edukattivi rispettivi u li jkun hemm skambju ta’ studenti u kooperazzjoni fuq riċerka xjentifika.  Il-pajjiżi qablu wkoll li esperti mill-qasam edukattiv, iżuru l-pajjiż barrani biex isiru jafu aktar dwar il-mod kif jaħdmu l-istrutturi edukattivi u b’hekk titjieb il-kollaborazzjoni bejniethom.  Sar qbil ukoll li fil-kurrikula rispettivi, jkun hemm biżżejjed informazzjoni dwar il-pajjiż barrani biex b’hekk il-Maltin jifhmu aktar il-kultura u n-nies tal-Kuwait u viċe versa.  Il-ftehim jaħseb ukoll biex ikun hemm skambju ta’ studenti għal attivitajiet sportivi, kulturali, edukattivi u dawk organizzati mill-iscouts.  

Aspett important tal-ftehim, jirrigwarda l-qasam tax-xjenza u r-riċerka fejn iż-żewġ istituzzjonijiet li huma responsabbli mill-iżvilupp xjentifiku u r-riċerka fiż-żewġ pajjiżi, jiġifieri l-MCST – Malta Council for Science and Technology u l-Kuwait Institute for Scientific Research, jikkollaboraw flimkien fuq proġetti konkreti u speċifiċi li jiġu identifikati minn dawn l-istituzzjonijiet.  Il-ftehim jaħseb ukoll biex ikun hemm kuntatti u kollaborazzjoni bejn l-istituzzjonijiet edukattivi u tar-riċerka fiż-żewġ pajjiżi.  

Il-Ministru Louis Galea qal li stieden lill-Kamra tal-Kummerċ tal-Kuwait biex jibgħatu delegazzjoni f’pajjiżna biex tara x’għandu x’joffri pajjiżna u b’hekk tkun tista tippromwovi lil pajjiżna fil-Kuwait u tħeġġeġ l-investiment f’pajjiżna.  Saret ukoll il-proposta li jkun hemm premju għall-aħjar użu ta’ l-ilma.  

Fi tmiem l-iffirmar ta’ dan il-ftehim, il-Ministru Galea qal li dan il-ftehim għandu jwassal biex iż-żewġ pajjiżi jibbenefikaw mill-esperjenza u l-kwalitajiet tajba li għandhom bl-iskop li jkomplu jiżiluppaw u jimxu l-quddiem.  Louis Galea qal li ż-żewġ pajjiżi għandom ħafna x’joffru u issa li pajjiżna hu membru ta’ l-UE b’ruħ Ewropea u għeruq semitiċi, pajjiżna jista jkun interlokutur tajjeb għall-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tan-nofsinhar tal-Mediterran.  Louis Galea qal li fejn ikun hemm rispett, għarfien u kollaborazzjoni bejn in-nazzjonijiet, tirrenja l-paċi u l-prosperità.  Il-Ministru Galea awgura li dan il-ftehim ikun suċċess fl-implimentazzjoni tiegħu u offra l-ħbiberija u l-għajnuna ta’ pajjiżna lill-poplu tal-Kuwait.

DOI – 26.02.2005

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow