IL-PROGETT TA’ BINI TA’ INDUSTRIAL PARK FIL-MELLIEHA
Il-Ministru għall-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni, l-Onor. Ċensu Galea, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, l-Onor. Edwin Vassallo, żaru dan is-sit li ġie identifikat mill-MEPA bħala l-post li fuqu għandu jinbena Industrial Park. Dan huwa wieħed mis-seba’ siti li ser ikunu qegħdin jinbnew fl-ewwel fażi ta’ implimentazzjoni ta’ proġett ta’ bini ta’ Industrial Parks li kellhom ikopru 200 tomna. Fl-ewwel fażi ta’ dan il-proġett sa issa jidher li bit-tħejjijiet li qegħdin isiru, permezz ta’ seduta fil-Parlament, fi żmien qasir ser tkun approvata proposta li għandha twassal biex dawn is-seba’ siti, li bejn wieħed u ieħor ikopru 80 tomna, jkunu nklużi fl-iskema tal-bini permezz ta’ partial review ta’ l-istructural plan.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo spjega kif din iż-żona tkopri ma’ l-erbat itmiem, iżda ser tkun għaddejja ħidma biex ikun identifikat jekk hux possibbli li jiżdied iżjed spazju ma’ l-erbat itmiem li huma disponibbli s’issa.
Waqt l-iżvilupp ser tingħata attenzjoni partikolari lill-miżuri li jridu jittieħdu sabiex permezz ta’ dan l-iżvilupp id-dehra ambjentali ta’ dawn l-inħawi titħares. Il-binjiet li jittellgħu f’dan is-sit ma jkunux jistgħu jeċċedu sular, iżda ser ikun possibbli li l-binjiet ikollhom basement li jkun jista’ jintuża bhala entita` industrijali separata.
Is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Edwin Vassallo temm jgħid li “l-ħsieb tal-Gvern huwa li din il-ħidma li baqa’ ssir tasal fit-tmiem tagħha mill-aktar fis possibbli sabiex ikun possibbli li joħroġ it-tender li permezz tiegħu jinstab l-iżviluppatur li ser ikun qiegħed jibni u jamministra dan is-sit. Permezz tal-bini ta’ siti oħra fl-Imġarr, kif ukoll fl-inħawi ta’ t’Alla u Ommu fin-Naxxar, dejjem jekk il-pjanijiet preżenti jseħħu, tkun qed tiġi offruta għajnuna prattika lil ħafna negozji żgħar biex ikollhom post aħjar fejn jistgħu jaħdmu. Bħalissa f’pajjiżna qiegħda tingħata attenzjoni kbira lil dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ l-infrastruttura, kemm f’dak li huma toroq, kif ukoll bil-bini ta’ żoni industrijali.”
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946