Left arrow Mur Lura

FOSTER CLARK PRODUCTS LTD. – STORJA TA’ SUĊĊESS: INVESTIMENT TA’ LM 7.5 MILJUN LIRA MILL-KUMPANIJA

PR0273
Date Icon 23/02/2005

Il-Ministru Austin Gatt illum żar il-kumpanija Foster Clark Products Ltd, fejn sar magħruf li ser tagħmel investiment ġdid ta’ Lm 7.5 miljun. Foster Clark Products Ltd. ġiet imwaqqfa fl-1967 u hija kumpanija li primarjament hija ffukata fuq l-esportazzjoni. Fil-fatt ’il fuq minn 90% tal-produzzjoni tagħha tiġi esportata lejn madwar 60 pajjiż barrani. Il-kumpanija timpjega madwar 300 impjegat u tinsab fil-qasam industrijali ta’ San Ġwann. L-investiment tal-kumpanija mistenni jwassal biex jkun hemm estensjoni tal-faċilitajiet tal-produzzjoni tagħhom.  

Il-Ministru Austin Gatt fisser li dan huwa investiment importanti minn investituri Maltin fid-dawl tal-fatt li l-maġġoranza tal-produzzjoni tiġi esportata. 

Minbarra l-investiment juri l-impenn lejn dan il-pajjiż u juri il-fiduċja fil-kwalità tal-ħaddiem tal-Malti. Il-Ministru Gatt spjega li l-istorja tal-kumpanija Foster Clark Products Ltd hija xhieda tal-ħiliet intraprenditorali tal-Maltin. Huwa faħħar il-kuraġġ tal-familja Busuttil li biedt l-operazzjonijiet tagħha fl-importazzjoni u llum hija waħda mill-kumpaniji ewlenin lokali li jesportaw ’il fuq minn 2,000 container ta’ prodotti fis-sena. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow