Left arrow Mur Lura

ĠNIEN F’ĠIEĦ IL-BENNEJJA FIŻ-ŻURRIEQ

PR0270
Date Icon 23/02/2005

In-nofs in-nhar ta’ Malta fil-mira ta’ proġetti tal-Gvern aktar minn qatt qabel  

Huma bosta dawk il-bliet u rħula madwar Malta li qegħdin jibbenefikaw minn proġetti mwettqa mill-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura. Fost dawn insibu diversi proġetti li qed jitwettqu fin-nofs in-nhar ta’ pajjiżna. Dan qalu l-Ministru Ninu Zammit meta żar xogħlijiet ta’ bini ta’ ġnien ġewwa ż-Żurrieq. Ġnien li qed jinbena f’ġieh in-numru kbir ta’ bennejja li ħarġu minn irħula f’dawn l-inħawi matul iż-żminijiet.  

Il-Ministru Ninu Zammit spjega li l-karatteristika ewlenija ta’ dan il-ġnien huma il-ħnejjiet. Se jinbnew disa’ ħnejjiet bi stil differenti. Dawn jinkludu ħnejjiet ta’ diversi forom fosthom hnejja kumpass, tal-kwart, tal-kalament, arkipjan, tat-tlett ċentri għoli mogħti, elissi u tal-kalament. Dawn l-arkati li se jkunu wkoll mdawla b’dawl dekorattiv, se jkunu kkumplimentati permezz tal-bini ta’ girna. Ix-xogħol kollu fuq dan il-ġnien qed jitwettaq mill-haddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura. Se jitpoġġa madwar 675 metru kwadru ta’ pavimentar. Ix-xogħol fuq dan il-ġnien beda f’Ottubru 2004 u se jintemm f’Mejju 2005. L-ispiża ta’ dan il-proġett, inkluż il-pagi tal-ħaddiema se tkun ta’ madwar Lm85,000.  

Il-Ministru Ninu Zammit spjega kif dan il-ġnien se jkun jinkludi kemm bir li kien diġà jeżisti kif ukoll ġibja ġdida li se tkun tesa’ madwar 180 metru kubu ta’ ilma (madwar 40,000 gallun ilma). Kwantità kbira ta’ ilmijiet li jinżlu mit-toroq tal-biswit se jkun jista’ jinġabar sabiex jintuża għat-tisqija ta’ siġar li se jitħawwlu fil-ġnien. Hawn se tiġi nstallata wkoll sistema ta’ irrigazzjoni. Il-ġnien jinkludi żona li sservi għal rikreazzjoni tat-tfal. Din il-playing field żgħira se tkun mibnija fuq standards Ewropej u se tassigura s-sigurtà lit-tfal. Bħalma twettaq fil-proġett fl-inħawi tal-mitħna tax-Xarolla, se jkunu nstallati bankijiet u “garden furniture” oħra.  

Aktar tard din is-sena ser tinbeda ħidma flimkien mal-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq fuq bosta toroq abitati li għadhom mhux iffurmati ġewwa iż-Żurrieq b’enfażi fl-inħawi ta’ Bubaqra, Ta’ Xoqqa, in-Nigret u f’tal-Bebbux.

Fil-preżent għaddej xogħol ta’ bini ta’ seba’ toroq ġewwa l-Imqabba. Fil-ġimgħat li ġejjin se jinbeda x-xogħol fuq it-twessiegħ tat-Triq Santa Marija f’Bubaqra.  

Il-Ministru Ninu Zammit qal li ħaddiema tal-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura qegħdin iwettqu ħidma sabiex jitranġaw il-ħsarat li kienu kkawżati minn maltemp f’Novembru 2004 ġewwa Wied iż-Żurrieq. Il-Ministru Zammit fakkar ukoll li l-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura beda l-proċess mal-MEPA sabiex jinbena l-promenade ta’ Wied Babu li jwassal għal Wied iż-Żurrieq. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow