KOMMEMORAZZJONI GĦAL KARMEN MIKALLEF BUĦAĠAR
Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol se jorganizza kommemorazzjoni għal Karmen Mikallef Buħaġar illum it-23 ta’ Frar, fis-Sala Robert Samut, il-Florjana, fis-sitta ta’ fil-għaxija, fejn il-pubbliku hu mistieden. Karmen Mikallef Buħaġar kienet attiva fost il-Maltin ta’ Lixandra u bħal Ivo Muscat Azzopardi, Nikol Biancardi u kittieba oħrajn ħadmet fl-Għaqda Għat-Tixrid ta’ l-Ilsien Malti fl-Eġittu. Kienet protagonista fit-twaqqif tal-Malta Relief Fund tal-Maltin ta’ l-Eġittu u fil-ġbir ta’ flus u għajnuniet oħra li dawn il-Maltin kienu jagħmlu biex jgħinu lil Malta terġa’ tieħu r-ruħ wara t-tieni gwerra dinjija.
Karmen twieldet fit-3 t’April 1920 f’Lixandra u kient waħda mill-Maltin li tkeċċew minn darhom minn Nasser wara l-kriżi tas-Suez fl-1954. Membru assidwu ta’ l-Akkademja tal-Malti, hi kienet tammira ferm lil kittieba Maltin, fosthom lil Ġorġ Pisani, Laurent Ropa, Ninu Cremona u fuq kulħadd lil Dun Karm. Fuq l-inizjattiva tagħha, il-Professur Oliver Friġġieri ġabar il-poeżiji kollha fi ktieb wieħed stampat mill-Klabb Kotba Maltin fl-1979 bl-isem “Dun Karm: Poeżiji Miġbura”.
Karmen Mikallef Buħaġar mietet il-Ħadd 23 ta’ Jannar 2005, fl-età ta’ 84 sena. Qabel mietet, Karmen Mikallef Buħaġar tat donazzjoni ta’ kotba bil-Malti lill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni sabiex jagħmel użu minnhom bi skop tat-tixrid ta’ l-ilsien u l-letteratura ta’ pajjiżna.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946