Left arrow Mur Lura

ID-DISTRIBUZZJONI TAL-GASS

PR0260
Date Icon 22/02/2005

Fl-intervent li għamel fuq Radio 101, il-Ministru Austin Gatt qatt ma qal illi l-problema riċenti tal-produzzjoni tal-gass hi tort tad-distributuri, iżda qal biss li fir-riforma li jenħtieġ ikun hemm fis-sistema kollha mill-produzzjoni sat-tqassim, irid jiġi eżaminat ukoll il-metodu ta’ distribuzzjoni li jrid isir aktar effiċjenti milli hu llum biex il-konsumatur jinqeda aktar faċilment u malajr.  

Fil-kummenti tiegħu, il-Ministru Austin Gatt kien ċar u qal li hemm numru ta' fatturi li qegħdin jaffetwaw hażin l-operazzjoni tal-gass f'pajjiżna. Fil-fatt hu elenka numru ta' dawn il-fatturi u s-sistema tad-distribuzzjoni hekk kif imħaddma mill-membri tal-GRTU kienet waħda minnhom. Żgur li ma jkunx kredibbli min jgħid li din is-sistema hija waħda perfetta u mingħajr xkiel għall-konsumatur. Żgur li kull konsumatur għandu esperjenzi oħrajn fejn it-talba għal prodotti goffi titħaddem b'mod aktar effettiv u effiċjenti minn kif inhi mħaddma s-sistema tad-distribuzzjoni tal-gass illum.

Il-Ministru fl-ebda ħin ma semma li l-prinċipju tat-tqassim fid-djar m'huwiex tajjeb, iżda l-mod kif jinqeda l-klijent illum iħalli lok għal ħafna titjib. Kien f'dan il-kuntest li l-Ministru semma l-monopolju mplikat fis-sistema preżenti u li wasal iż-żmien biex wieħed jeżamina jekk għandux jibqa’ l-monopolju jew għall-anqas għadux jiġi aġġustat il-livell ta’ servizz ta’ distribuzzjoni.  

Fl-aħħar ta’ din is-sena l-produzzjoni tal-gass sejra tiġi liberalizzata u kull persuna jew ditta sejra tkun tista’ timporta u/jew tipproduċi l-gass.  Hu wkoll fl-interess ta’ l-istess distributuri li jibdew jaħsbu f’dan ix-xenarju ġdid.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow