97% TA’ L-INTRAPRIŻI MALTIN JUŻAW IT-TEKNOLOĠIJA TA’ L-INFORMAZZJONI U L-KOMMUNIKAZZJONI
“Is-settur privat Malti jrid japprezza li kull ma jista’ jagħmel il-gvern fil-qasam ta’ l-e-Business u l-e-Commerce huwa li jiffaċilità l-proliferazzjoni ta’ dawn l-għodda li fl-aħħar mill-aħħar huma management tools biex jiżdied il-profitt.” Dan qalu il-Ministru Austin Gatt meta kien qed jindirizza is-seba’ sessjoni tal-Kumitat konsultattiv għal-ħolqien ta’ soċjeta ta’ l-Informazzjoni, in-NISCO.
Il-Ministru Gatt irrimarka dwar il-ħtieġa li nibdew inħarsu lejn konsolidament ta’ l-inizjattivi li jittieħdu u trid tingħeleb il-mentalità fejn ma jkunx hemm koperazzzjoni. Huwa irrefera wkoll li din il-mentalità trid tingħeleb biex ikollna l-ħolqien ta’ e-Marketplace fejn l-intrapriżi Maltin jkunu pprovduti aċċess għas-swieq fejn jesportaw u joperaw bl-aspetti kollha tagħha. Il-Ministru Gatt qal li kullħadd jistenna l-intervent tal-Gvern, madanakollu il-Ministru Gatt qal li huwa importanti illi wieħed isaqsi: “Kemm hemm inizjattiva u saħħa fis-settur privat biex tiddaħħal l-innovazzjoni?”
Waħda mill-preżentazzjonijiet li saret waqt din is-sessjoni kienet mis-Sur Alfred Camilleri mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika li spjega riżultati ta’ riċerka li għamlet l-istess NSO fost l-intrapriżi l-kbar kollha u l-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju mis-setturi kollha ta’ l-ekonomija.
Dan l-istħarriġ juri li 97% ta’l-intraprizi intervistati jużaw forma jew oħra tat-teknoloġiji tal-kommunikazzjoni u l-informazzjoni. 46% ta’ l-impjegati f’dawn l-intraprizi jagħmlu użu mit-teknologiji, filwaqt li medja ta’ 30% ta’l-impjegati ta’ dawn l-intrapriżi jużaw l-Internet bħala parti minn xogħlhom. Il-perċentwal medju ta’ ħaddiema li huma mpjegati f’ dawn l-intrapriżi fuq bażi ta’ teleworking jammontaw għall-11.3%. Dan il-perċentwal ivarja minn 9% f’kumpaniji li jimpjegaw bejn 10 u 49 ruħ u 32% fost dawk li jimpjegaw il-fuq minn 250 ruħ. Statistika interessanti turi illi medja ta’ 55% ta’ l-intrapriżi jużaw it-teknoloġiji ta’ l-informazzjoni u l-kommunikazzjoni għall-ordnijiet u x-xiri tagħhom. Medja ta’ 94% ta’ l-intrapriżi jużaw l-Internet bħala parti mill-ħidma tagħhom. Fil-maġġoranza tal-każi l-użu ta’ l-Internet huwa relatat ma’ tfittix ta’ informazzjoni, u monitoraġġ tas-suq. 33% ta’l-użu ta’ l-Internet huwa relatat ma’ l-użu ta’ sistemi bankarji. Medja ta’ 73% tal-kumpaniji intervistati għandhom website. F’90% tal-każ, l-użu primarju ta’ din il-website huwa għal-skopijiet ta’ Marketing.
Waqt il-preżentazzjoni ta’ din l-informazzjoni, is-Sur Camilleri spjega li medja ta’ 21.6% tal-intrapriżi jużaw l-Internet biex jagħmlu x-xiri tagħhom. Wieħed ta’ min jirrimarka illi fil-kumpaniji li jimpjegaw bejn 10 u 49 persuna il-bejgħ b’mod elettroniku jammonta għal 16.6% tat-turnover fil-kumpaniji li jimpjegaw il-fuq minn 250 ruħ dan jammonta għal-2.8%.
Meta wieħed jikkompara din l-istatistika jirriżulta li Malta tikkompara tajjeb mal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropeja bir-riżultati jixhdu illi Malta hija aħjar mill-maġġoranza tal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropeja, bil-Pajjiżi Skandinavi biss jiżbqu lill-pajjiżna. Il-Ministru Austin Gatt irrimarka li rridu nifhmu li pajjiżna huwa minn ta’ quddiem f’ dan il-qasam u illi rridu li fit-tliet snin li ġejjin niżbqu lil Pajjiżi Skandinavi li huma l-iktar avvanzati f’ dan il-qasam.
Waqt din is-sessjoni saru wkoll preżentazzjonijiet mis-Sur Keith Fearne (Kamra tal-Kummerċ), Ian Mizzi (Federazzjoni ta’ l-Industrija) u mis-Sur Marcel Mizzi (GRTU). Aktar kmieni Ms Isabelle Bonello introduċiet il-pjan ta’ azzjoni ta’ l-eBusiness kif mħejji mill-Ministeru għall-Investiment, Industrija u t-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946