ĠEW IĊĊARATI D-DIFFERENZI BEJN IL-KUNSILL MALTI GĦALL-ISPORT U L-KUMITAT OLIMPIKU MALTI
Wara li Dr George Abela offra s-servizzi tiegħu ta’ medjazzjoni fid-differenzi li nqalgħu dan l-aħħar bejn il-KMS u l-KOM, saru diskussjonijiet bejn il-Ministru Louis Galea u l-President tal-KOM l-Imħallef Lino Farrugia Sacco bl-għajnuna ta’ l-istess Dr Abela.
Wara skambju ta’ veduti preliminari, il-bieraħ il-Ministru Louis Galea, fil-preżenza ta’ Dr Abela, ippresieda laqgħa fil-Ministeru. F’din il-laqgħa ħadu sehem: għall-KMS is-sinjuri Franco Azzopardi, Bertie Muscat, Joe Cassar u Victor Battistino, Chairman, Viċi Chairman, Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni, u Segretarju tal-Bord rispettivament tal-KMS. Id-delegazzjoni tal-KOM kienet immexxija mill-President tal-KOM l-Imħallef Lino Farrugia Sacco u kienet tinkludi lis-Sur Joseph Cassar u s-Sur Pippo Psaila, Segretarju Ġenerali u Direttur Sports tal-KOM.
Id-diskussjonijiet waslu biex ġie iffirmat memorandum ta’ ftehim li qed jiġi pubblikat ma’ din l-istqarrija.
Il-Ministru Galea rringrazzja lil Dr. George Abela għall-ħidma siwja tiegħu kif ukoll lill-uffiċjali tal-KMS u l-MOC.
pr0234a Memorandum (pdf format)
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946