Left arrow Go Back

ĠEW IĊĊARATI D-DIFFERENZI BEJN IL-KUNSILL MALTI GĦALL-ISPORT U L-KUMITAT OLIMPIKU MALTI

PR0243
Date Icon 18/02/2005

Wara li Dr George Abela offra s-servizzi tiegħu ta’ medjazzjoni fid-differenzi li nqalgħu dan l-aħħar bejn il-KMS u l-KOM, saru diskussjonijiet bejn il-Ministru Louis Galea u l-President tal-KOM l-Imħallef Lino Farrugia Sacco bl-għajnuna ta’ l-istess Dr Abela.  

Wara skambju ta’ veduti preliminari, il-bieraħ il-Ministru Louis Galea, fil-preżenza ta’ Dr Abela, ippresieda laqgħa fil-Ministeru. F’din il-laqgħa ħadu sehem: għall-KMS is-sinjuri Franco Azzopardi, Bertie Muscat, Joe Cassar u Victor Battistino, Chairman, Viċi Chairman, Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni,  u Segretarju tal-Bord rispettivament tal-KMS. Id-delegazzjoni tal-KOM kienet immexxija mill-President tal-KOM l-Imħallef Lino Farrugia Sacco u kienet tinkludi lis-Sur Joseph Cassar u s-Sur Pippo Psaila, Segretarju Ġenerali u Direttur Sports tal-KOM.  

Id-diskussjonijiet waslu biex ġie iffirmat memorandum ta’ ftehim li qed jiġi pubblikat ma’ din l-istqarrija.  

Il-Ministru Galea rringrazzja lil Dr. George Abela għall-ħidma siwja tiegħu kif ukoll lill-uffiċjali tal-KMS u l-MOC.  

pr0234a Memorandum (pdf format)

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow