INVESTIGAZZJONI PRELIMINARI DWAR STUDENTI LI JIRĊIEVU L-GĦAJNUNA SOĊJALI GĦAL WAQT IL-QGĦAD
Id-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali jixtieq javża li minn investigazzjonijiet preliminari li għamel l-istess Dipartiment irriżulta li numru ta’ studenti Għawdxin li jattendu kors ta’ studju full-time f’Malta kienu qegħdin jirċievu l-Għajnuna Soċjali għal Waqt il-Qgħad.
Minn dawn l-investigazzjonijiet hemm indikazzjoni li dawn l-istudenti prima facie ma jissodisfawx il-provedimenti ta’ l-Att dwar is-Sigurta` Soċjali u għaldaqstant m’humiex intitolati għal dan il-benefiċċju.
Fiċ-ċirkostanzi, id-Dipartiment issosspenda l-pagament ta’ dawn il-benefiċċji sakemm issir investigazzjoni aktar dettaljata fuq kull każ individwali.
Kif tispiċċa din l-investigazzjoni, kull persuna konċernata tiġi nfurmata bl-eżitu dwar il-każ tagħha personalment.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946