Left arrow Go Back

TLESTA R-RAPPORT IMĦEJJI MILL-KUMMISSJONI DWAR L-EKO KONTRIBUZZJONI

PR0232
Date Icon 16/02/2005

Il-Kummissjoni dwar l-Eko Kontribuzzjoni, li kienet twaqqfet bis-sehem tal-korpi kostitwiti u s-settur privat, lestiet ir-rapport tagħha u dan mistenni jkun ippreżentat lill-Prim Ministru l-ġimgħa d-dieħla.   

Dan ħabbru l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino waqt żjara li hu għamel lill-ħanut Cartridge World f’San Ġwann li ħa inizjattiva li jerġa’ jimla l-cartridges u t-toners li jintużaw fil-printers.  Cartridge World hija waħda mill-kumpanniji li qed jieħdu inizjattivi ta’ dan it-tip.  

F’diskors li għamel waqt iż-żjara tiegħu, il-Ministru Pullicino qal li inizjattivi bħal dawn jikkonfermaw kemm l-eko kontribuzzjoni qed tilħaq l-għan li għalih kienet introdotta, dak li twassal għal tibdil fix-xejriet tal-konsum tal-poplu Malti.  Dan qed iseħħ b’diversi modi, inkluż l-użu ta’ kontenituri alternattivi għall-plastik kemm għax-xiri kif ukoll għar-rimi ta’ l-iskart.  Il-Ministru Pullicino qal li bi ftit sforz minn kulħadd nistgħu nwasslu għal titjib kbir fl-ambjent tagħna.   

Il-Ministru Pullicino qal li l-Gvern qed ikompli jmexxi bl-eżempju u f’dan il-kuntest semma l-introduzzjoni tal-Green Leaders fil-Ministeri kollha.  Hu qal li l-miri li l-Green Leaders għandhom għall-ewwel sena ta’ ħidma tagħhom huma l-ġbir u r-riċiklar tal-karta kollha li tintuża fil-Ministeri, il-ġbir u r-riċiklar tal-cartridges u t-toners u l-energy audit ta’ mill-anqas bini wieħed li jifforma parti mill-Ministeru.  

Jenni McCormick mill-Cartridge World qalet li l-introduzzjoni ta’ l-eko kontribuzzjoni kienet inċentiv akbar biex il-poplu jibdel l-atteġġjament tiegħu.  Hi qalet li fi ftit xhur il-kumpanija tagħha ġabret ma’ l-1,200 cartridge.  

Vince Magri mill-WasteServ Malta Ltd qal li l-użu mill-ġdid ta’ cartridges qed iwassal biex jonqos il-volum ta’ skart li jkun iġġenerat.  B’konsegwenza t’hekk, il-faċilita’ temporanja f’Ta’ Żwejra li kienet maħsuba li sservi għal madwar tmien xhur issa mistennija sservi għal madwar sena.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow