IL-BYPASS TAS-SIĠĠIEWI TERĠA TINFETAĦ GĦAT-TRAFFIKU
L-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta (ADT) tixtieq tavża li l-By-Pass tas-Siġġiewi reġgħet infetħet għat-traffiku wara li tlestew xogħolijiet ta’ emerġenza fuq parti mir-retaining wall maġenb it-triq. Ix-xogħolijiet bdew tard il-bieraħ filgħaxija u tkomplew dalgħodu. Il-By-Pass tas-Siġġiewi bħalissa qed tinbena mill-ġdid bħala parti mix-xogħolijiet fuq Lot 3a tal-programm iffinanzjat mill-Ħames Protokoll Finanzjarju bejn Malta u l-Italja.
It-triq kellha tingħalaq il-bieraħ filgħaxija wara li fil-wiċċ tat-triq żviluppaw xquq minħabba ċaqlieq fir-retaining wall li f’din il-parti tat-triq huwa għoli mas-16 –il metru. Dan iċ-ċaqlieq x’aktarx kien ikkawżat minn xogħol ta’ skavar maġenb il-bażi tar-retaining wall. Il-kuntrattur irrapporta l-inċident lill-awtoritajiet konċernati u t-triq ingħalqet bħala prekawzjoni.
Periti tal-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta ssejħu biex josservaw ix-xogħolijiet ta’ emerġenza li kienu jinvolvu it-tqegħid ta’ blokki tal-konkrit tal-metru wara ir-retaining wall biex dan jissaħħaħ.
It-triq reġgħet infetħet għat-traffiku fil-12.15. Ix-xogħolijiet ta’ rikostruzzjoni fuq din il-bypass mistennija jitkomplew nhar it-Tnejn li ġej kif ippjanat.
L-ADT tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent u tħeġġeġ lill-pubbliku biex isuq bil-galbu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946