Left arrow Mur Lura

FL-2004 IT-TRADE LICENSING UNIT ĠIE MITLUB JIPPROĊESSA 1958 LIĊENZJA TAN-NEGOZJU

PR0198
Date Icon 09/02/2005

“Fis-sena 2003 it-Trade Licensing Unit irċieva 1,772 applikazzjoni sabiex ikunu maħduma minn dan id-Dipartiment, li minnhom ġew maħruġa 1,336.  Filwaqt li fis-sena 2004 it-Trade Licensing Unit irċieva 1,958 applikazzjoni, li minnhom u mill-applikazzjonijiet li kien baqa’ mis-sena ta’ qabel, ġew ipproċessati 1,609 liċenzja għal xi attivita’ kummerċjali.  

Dan ifisser li fis-sena 2004 ġew ipproċessati 273 liċenzja tan-negozju aktar minn kemm ġew ipproċessati fis-sena ta’ qabel.  It-Trade Licensing Unit irċieva 186 applikazzjoni aktar għal liċenzji tan-negozju mis-sena ta’ qabel u ħareġ 40 liċenzja ta’ attivita’ kummerċjali ġdida aktar milli kienu nħarġu fis-sena 2003.”   

Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, ta dawn id-dettalji waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li fiha ħabbar l-aħħar figuri ta’ liċenzji tan-negozju hekk kif ippubblikati mit-Trade Licensing Unit.  

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo spjega li “din l-informazzjoni li qiegħda tingħata tgħodd għall-attivitajiet kummerċjali li jikkonsistu f’bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa, manifattura u servizzi oħra li għalihom jinħarġu l-liċenzji mit-Trade Licensing Unit, u li għalihom ma jinħarġux liċenzji minn xi Awtorita’ oħra.  

“L-ewwel ħarsa lejn din l-istatistika turi li fis-sena 2004 dan id-Dipartiment irċieva 186 aktar applikazzjonijiet mis-sena ta’ qabel.  Filwaqt li fis-sena 2004 kienu proċessati 273 aktar mis-sena ta’ qabel (2003).  Tajjeb li wieħed jinnota li n-numru ta’ applikazzjonijiet proċessati kemm fis-sena 2003 kif ukoll 2004, ma jfissrux li dawn huma kollha kemm huma negozji ġodda iżda juri biss kemm kien in-numru ta’ l-applikazzjonijiet li ġew proċessati minn dawn l-applikazzjonijiet li jkunu daħlu.”  

It-tabelli li qed jinħarġu flimkien ma’ din l-istatistika juru f’hiex jikkonsistu dawn it-talbiet għall-permessi differenti li jinħarġu minn dan id-Dipartiment. (pr0198 tables)  

Din it-tabella (TABELLA 1) turi li fis-sena 2003 kien hemm talba għal 1306 applikazzjoni għall-permessi ta’ attivita’ kummerċjali ġdida.  Filwaqt li t-talba għall-istess permessi għas-sena 2004 kien ta’ 80 applikazzjoni aktar minn tas-sena ta’ qabel biex kien ilaħħaq għal 1386 talba ta’ liċenzji għal attivita’ kummerċjali ġdida.

Minn dawn l-applikazzjonijiet it-Trade Licensing Unit fis-sena 2003 laħaq ipproċessa u ħareġ 1063 liċenzja tan-negozju; li juru liċenzja maħruġa għall-attivita’ kummerċjali ġdida filwaqt li għas-sena 2004 l-istess Dipartiment ipproċessa u ħareġ 1103 liċenzja li turi li fuq is-sena ta’ qabel l-attivita’ kummerċjali ġdida żdiedet b’40.  

L-Onor. Vassallo spjega wkoll kif inhuma mqassma l-liċenzji skond jekk humiex għal attivita’ kummerċjali minn ġo stabbiliment jew le.  Hu qal li “n-numru ta’ liċenzji għall-attivita’ kummerċjali ġdida li tingħata minn ġo stabbilimenti, li nħarrġu fis-sena 2003, kien ta’ 825, filwaqt li fis-sena 2004 in-numru kien ta’ 817.  Filwaqt li n-numru ta’ liċenzji għal attivita’ kummerċjali ġdida ta’ liċenzja ta’ Street Hawkers fis-sena 2003 kien ta’ 116-il premess u fis-sena 2004 inħarġu 126 liċenzji.  Din tfisser żieda ta’ 10 liċenzji fuq is-sena ta’ qabel.  

Iż-żieda tal-liċenzji maħruġa għall-Market Hawkers fis-sena 2004 kienet ta’ 33 liċenzja fuq is-sena 2003.  Ta’ min jinnota li skond il-proċeduri legali kull min ikollu liċenzja ta’ market hawker ma’ jistax jarma fuq il-monti/suq kemm-il darba ma jkollux ukoll l-approvazzjoni tal-Kunsill Lokali.”  

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo fakkar ukoll li hemm l-obbligu li kull negozju jkollu liċenzja tan-negozju.  Il-proċedura biex wieħed iġib liċenzja ta’ negozju issa saret ħafna iżjed effiċjenti u faċli, u huwa d-dmir ta’ dawk kollha li għandhom negozju li jaċċertaw ruħhom li jkollom liċenzja mħallsa.  

Ħarsa ġenerali lejn din l-istatistika turi kif fis-sena 2004 jidher li kien hemm aktar attivita’ ġdida kummerċjali li bdiet fi stabbilimenti li kienu diġa’ miftuħa.  Jidher ukoll li l-ħidma għal aktar effiċjenza fil-proċeduri fil-proċess ta’ bdil tal-ġeneru tan-negozju wassal biex aktar negozji jbiddlu l-idejn u l-ġeneru tagħhom.  

Meta wieħed iħares lejn in-numru ta’ kanċellazzjonijiet ta’ liċenzji tan-negozji, jara li fis-sena 2003 kienu pproċessati 153 liċenzja tan-negozju u fl-2004 kien hemm 369 proċess tal-liċenzja tan-negozju.  Tajjeb li hawn wieħed jifhem li kanċellazzjoni ta’ liċenzja ma tfissirx li stabbiliment ikun ġie magħluq, iżda fil-maġġoranza tal-każi l-liċenzja tkun ġiet kanċellata għaliex stabbiliment ikun ser jiġi trasferit fuq persuna oħra.  

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo temm billi qal li “diġa’ qed jidhru sinjali pożittivi fis-suq għaliex il-kummerċ qiegħed iżomm ir-ritmu tiegħu, filwaqt li għas-sena li ġejja, anke biż-żieda fit-turizmu, qegħdin nistennew li naraw l-attivita’ kummerċjali tiżdied.  Ma ninsewx li dan is-settur huwa settur li rnexxielu joħloq 1729 impjieg ġdid.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow