Left arrow Go Back

PARTI MILL-INFRASTRUTTURA MEĦTIEĠA GĦALL-ĠBID TAL-FILMS

PR0187
Date Icon 06/02/2005

Il-ġbid tal-films f’Malta hu industrja importanti li jattira lejn pajjiżna mhux biss artisti ta’ fama iżda viżitaturi li jkunu jridu jaraw il-lokalita’ fejn ikun inġibed film partikolari. Meta film ikun wieħed li ġibed udjenzi kbar, mhux l-inqas għaliex ikunu ħadu sehem fih artisti ta’ fama, allura l-kurżità tkun akbar. Tant dan hu qasam turistiku importanti li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu ħolqot site: http://maltamoviemap.visitmalta.com

F’Malta nħadmu madwar 80 film, 35 film li jippromwovu prodotti, 24 film għat-televiżjoni u numru ta’ music videos u dokumentarji. Fost dawn inħadmu films bħal Gladiator, U-571, The Count of Monte Cristo u Troy .  

Biex jinħadmu dawn il-films kien meħtieġ li tinbena infrastruttura li l-aktar parti importanti tagħha huma r-riżorsi umani. Kien pass għaqli li twaqqfet l-iScreen Productions Media Entertainment li torganizza “Special Ability Course for Stunts” fejn diversi persuni għamlu kors biex jilħqu l-livelli mixtieqa bħala stuntmen.  

F’dawn il-jiem intemmu korsijiet li minnhom diversi studenti għaddew b’suċċess. Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech iffirma u qassam iċ-ċertifikati ta’ dawn l-istudenti li għandhom esperjenza f’dan il-qasam u fejn ħafna minnhom diġà ħadmu f’diversi films kbar.  

Francis Zammit Dimech qal li pajjiżna jrid jikkomperti f’suq li  hemm diversi pajjiżi oħra li jridu jidħlu fih. Hu qal li s’issa irnexxilna nattiraw lejn pajjiżna produzzjonijiet ta’ fama u artisti ta’ fama. “Ir-riżorsi umani neċessarji jridu jitħarrġu ħalli joffru servizz aħjar minn ħaddieħor. Biex nikkompetu rridu noffru l-aħjar f’kull qasam u dan seta’ jsir permezz ta’ korsijiet bħal dawk li qed jorganizzaw Screen Productions,” qal il-Ministru Francis Zammit Dimech li rringrazzja lill-kumpannija Screen Productions għall-inizjattiva tagħha filwaqt li awgura lil dawk kollha li qagħdu għall-korsijiet u li kienu qed jingħataw ċertifikat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow