Left arrow Mur Lura

JIBDA JASAL L-APPARAT MEDIKU GĦALL-ISPTAR MATER DEI

PR0174
Date Icon 04/02/2005

F’dawn il-ġranet beda jasal Malta l-apparat mediku għall-isptar Mater Dei. Dan l-apparat li qiegħed f’għoxrin container għalissa se jinżamm fl-istores u taħt ir-responsabbiltà tal-kumpanija INSO fil-Freeport fejn se jiġi miftuħ u magħżul skond il-ħtieġa.  L-apparat se jinżamm fl-imħażen tal-kumpanija u jiġi trasportat lejn Mater Dei jew San Luqa skond il-ħtieġa.  Parti minn dan l-apparat mediku se jintuża fl-isptar San Luqa għax hemm bżonn urġenti għalih.  

Hekk il-poplu Malti se jibda jgawdi minn issa mill-apparat mediku ta’ l-isptar Mater Dei. Tekniċi barranin għandhom fil-ġranet li ġejjin jiġu Malta biex dan l-apparat ikun installat mill-aktar fis. L-apparat li se jiġi installat fl-isptar San Luqa, huwa tali li jista’ jinġarr faċilment minn post għall-ieħor. Hekk, meta jasal iż-żmien biex is-servizzi kollha jiċċaqalqu mill-isptar San Luqa għall-isptar Mater Dei, it-trasferriment ta’ dan l-apparat issir b’kumdità u mingħajr ma tiġi ikkawżata ħsara fuq l-apparat.  

Tajjeb jingħad li bħalissa digà nbeda l-proċess ta’ l-installazzjoni ta’ apparat li ghandu impatt infrastrutturali u tekniku fuq il-bini.  Fil-fatt din hija r-raġuni għaliex dawn l-għoxrin container ta’ apparat waslu u ġew iddeliverjati f’Malta minn Inso SpA.  L-istallazzjoni ta’ dan l-apparat hi urġenti biex ikunu jistgħu jingħalqu s-soqfa u l-ħitan fejn se jeħel dan l-apparat.  

Fil-ġimgħat li ġejjin ikompli jasal aktar apparat, skond l-esiġenzi tal-proġett u l-programm li gie miftehem bejn il-gven Malti u Skanska Malta JV.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow