Left arrow Mur Lura

IL-BDIEWA MALTIN IGAWDU MINN SUSSIDJI FUQ PRODOTTI LI JGĦADDU MILL-PITKALIJA

PR0172
Date Icon 03/02/2005

Matul is-sena li għaddiet il-bdiewa Maltin u Għawdxin se jkunu ħadu mal-miljun liri Maltin f’sussidji fuq frott u ħxejjex li għaddew mill-Pitkalija.  Minn dawn, Lm850,000 tħallsu sal-perjodu sa’ l-aħħar ta’ Settembru li għadda, filwaqt li Lm150,000 mistennija jitħallsu fil-ġimgħat li ġejjin.

Dan is-sussidju, li jrid jiżdied mal-ammont ta’ flus li l-bidwi daħħal mill-bejgħa tal-prodott tiegħu, mhux biss għamel tajjeb għal xi tnaqqis fid-dħul li kien hemm matul is-sena li għaddiet, iżda saħansitra wassal biex il-bidwi spiċċa daħħal aktar meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.

Rigward għall-istatistika ppublikata llum mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika irid jingħad li, jekk wieħed jgħodd ukoll is-sussidji flimkien mad-dħul li l-bidwi kellu mill-bejgħ tal-frott u ħxejjex matul l-2004, isib li l-bidwi kellu żieda ta’ Lm400,000 fuq id-dħul li kellu fl-2003.  Dan kollu jfisser li s-sussidju spiċċa biex għamel tajjeb ukoll għaż-żieda fil-volum ta’ frott u ħxejjex li l-bdiewa għaddew mill-Pitkalija. 

Din l-għajnuna qed twassal biex tgħin lill-bdiewa jirristrutturaw u b’hekk ikunu mħejjija tajjeb biex b’hekk jiggwadanjaw mir-riforma fil-Pitkalija, li se tidħol fis-seħħ matul din is-sena.  Din ir-riforma se twassal biex il-bidwi jkollu sehem akbar fit-tmexxija tal-Pitkalija u se tiżgura li l-konsumatur Malti jgawdi minn prodotti lokali friski u ta’ kwalita’ akbar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow