IL-BORŻA TA’ STUDJU HAROLD SCOREY FIX-XANDIR
Din il-Borża ta’ Studju ġiet imwaqqfa bħala tifkira tal-ġurnalista Harold Scorey li għal bosta snin kien Kap tat-Taqsima ta’ l-Aħbarijiet tar-Rediffusion u tal-Malta Television. Hija miftuħa għall-ġurnalisti kollha li jaħdmu jew li jixtiequ jaħdmu fix-xandir, kif ukoll għal dawk li huma nvoluti direttament f’dan il-qasam.
Il-Borża ta’ Studju tammonta għal Lm3,000. Din trid tiġi utilizzata matul l-2005/2006 għal studju jew taħriġ marbut max-xandir f’xi Università jew Istituzzjoni rikonoxxuta barra minn Malta li t/jagħżel ir-rebbieħ/a stess. Panel maħtur apposta jeżamina l-applikazzjonijiet kollha u d-deċiżjoni tiegħu tkun finali.
Il-formoli ta’ l-applikazzjoni jinkisbu mingħand is-Sur Frank Attard fid-Direttorat għall-Operat u Implimentazzjoni ta’ Programmi, Uffiċċju tal-Prim Ministru, filwaqt li għal aktar tagħrif tistgħu ċċemplu fuq Tel Nru 22996204/8 jew 21225231, Fax Nru 21234196 jew Email – frank.attard@gov.mt
Il-formoli ta’ l-applikazzjoni għandhom jintbagħtu f’envelopes issiġġillati u ndirizzati hekk:
Borża ta’ Studju Harold Scorey
Direttorat għall-Operat u Implimentazzjoni ta’ Programmi
Uffiċċju tal-Prim Ministru
Berġa ta’ Kastilja
Il-Belt CMR 02
u għandhom jaslu fl-imsemmi Uffiċċju mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Marzu 2005.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946