Left arrow Mur Lura

EMENDA LI ĠĠIB FIS-SEĦĦ MIŻURA MĦABBRA FIL-BUDGET DWAR IL-FESTI PUBBLIĊI

PR0165
Date Icon 02/02/2005

Bħalissa l-Parlament qiegħed jiddiskuti l-Abbozz ta’ liġi li jimplimenta l-Miżuri tal-Budget 2005.  Id-diskussjoni qiegħda fi stadju ta’ Kumitat tal-Kamra kollha.

Kif intqal pubblikament fil-ġranet li għaddew, la darba ma ntlaħaqx ftehim dwar Patt Nazzjonali għall-Kompetittività u Tiġdid Ekonomiku, l-Gvern ser jgħaddi biex jimplimenta l-miżura dwar il-vakanzi li kienet tħabbret fid-diskors tal-Budġet.  

L-emenda għal Artiklu 6 ta’ l-Att Dwar il-Festi Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi (Cap. 252) taqra hekk:  

“B’effett mill-1 ta’ Jannar 2005, meta Festa Nazzjonali jew btala pubblika imniżżla fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att taħbat fil-ġurnata tas-Sibt jew fil-ġurnata tal-Ħadd dik il-Festa Nazzjonali jew btala pubblika ma għandiex titqies bħala btala pubblika għall-iskop illi jingħata jedd lil xi persuna għal jum ieħor ta’ leave ghal vaganza.”  

Il-Gvern itenni li din il-miżura ser tgħin biex titjieb il-kompetittività ta’ pajjiżna billi tiżdied il-produttività fis-setturi kollha.  B’mod partikolari din il-miżura għandha tgħin biex jissaħħu l-impiegi fis-setturi tal-manifattura u tat-turiżmu.  

____________________________________________________________________  

English Version of Amendment to Article 6:  

“With effect from 1st January, 2005 when a National Holiday or a Public Holiday listed in the Schedule to this Act falls on a Saturday or on a Sunday, it shall be not deemed to be a public holiday for the purposes of entitling any person to an additional day of vacation leave”.      

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow