WIRJA TA’ KARRIJIET TAL-KARNIVAL F’MINJATURA
Bħala parti mill-attivitajiet tal-Karnival ta’ din is-sena l-Kunsill Lokali tal-belt Valletta ħa l-inizjattiva biex bil-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Folklor jtella’ wirja ta’ karrijiet f’minjatura fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, Berġa ta’ l-Italia.
Din il-wirja qed tittella’ biex tikkoinċidi mal-25 anniversarju mat-twaqqif tal-Foundation of European Carnival Cities (FECC). L-anniversarju qed jitfakkar fin-Nadur Għawdex fejn qed tkun organizzata l-Konvenzjoni Internazzjonali tal-FECC li se tiġbed numru kbir ta’ delegati. L-organizzazzjoni f’Għawdex ta’ din il-konvenzjoni internazzjonali hi xhieda tar-rispett li ngawdu fost organizzaturi ta’ karnivali fi bliet Ewropej.
Il-wija ta’ karrijiet f’minjatura kienet miftuħa għat-tfal ta’ bejn l-10 u s-16 il-sena li joqgħodu l-belt. Il-ko-ordinatur ta’ din il-wirja hu l-Kunsillier Joseph Borda li hu wkoll membru tal-Kummissjoni Nazzjonali Folklor.
Sadattant il-kumitat eżekuttiv tal-Karnival qed jagħti l-possibilita’ biex dawk il-persuni b’diżabilita’ jkunu jistgħu huma wkoll jagħtu s-sehem tagħhom fil-jiem tal-karnival fuq l-istess livell ta’ kulħadd. Dawk li jattendu ċ-ċentri ta’ taħriġ għall-adulti u ċ-ċentri tar-riżorsi kif ukoll dawk li jattendu l-Fondazzjoni Eden , Dar il-Providenza u l-Isptar Monte Carmeli ġew imħajjrin itellgħu xogħlijiet għal din il-wirja bit-tema tal-karnival. Huma ġew imħeġġa jtellgħu tpinġijiet, maskri u anke karrijiet żgħar għall-wirja.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech inawgura din il-wirja. Hu feraħ lill-organizzaturi ta’ l-inizjattiva tagħhom u lil dawk kollha li ħadu sehem. “Il-karnival jiġi biex jifraħ kulħadd. Għalhekk kien ġest ta’ min ifaħħru u jinkoraġġieħ li persuni b’diżabilita’ wkoll ingħataw il-possibilta’ li juru x-xogħlijiet tagħhom,” qal Francis Zammit Dimech.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946