LAQGĦA TA’ INFORMAZZJONI BEJN IL-PARLAMENT MALTI U L-PARLAMENT EWROPEW
PR0047
12/01/2005
Bħala parti minn programm ta’ skambju u koperazzjoni mal-parlamenti nazzjonali, il-Parlament Ewropew se jibgħat żewġ uffiċjali għolja sabiex flimkien ma’ Deputati u uffiċjali tal-Parlament Malti, kif ukoll nies oħra li fix-xogħol tagħhom jiġu f’kuntatt ma’ istituzzjonijiet Ewropej, ikunu jistgħu jidentifikaw oqsma ta’ interess komuni u metodi kif jissaħħu l-koperazzjoni u d-djalogu bejn il-partijiet involuti. Dan anke fid-dawl tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa u partikolarment il-Protokoll dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Protokoll dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tas-Sussidjarjetà u Proporzjonalità.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946