Left arrow Mur Lura

ŻIEDA FIN-NUMRU TA’ PARTEĊIPANTI MALTIN FIL-PROGRAMM YOUTH TA’ L-UE FL-2004

PR0023E
Date Icon 06/01/2005

Matul is-sena 2004, l-Aġenzija Nazzjonali Maltija tal-Programm YOUTH rat żieda fin-numru ta’ benefiċjarji żgħażagħ Maltin. Il-figura totali għas-sena li għaddiet kienet taqbeż l-400 parteċipant. L-aktar żvilupp pożittiv kien iż-żieda fin-numru ta’ parteċipanti Maltin li ngħataw fondi sabiex jieħdu sehem fis-Servizz Volontarju Ewropew (it-Tieni Azzjoni) barra minn Malta, liema pajjiżi kienu jinkludu l-Awstrija, ir-Renju Unit, l-Italja, u l-Irlanda. Żieda oħra importanti seħħet fin-numru ta’ żgħażagħ Maltin li ħadu sehem f’ korsijiet ta’ taħriġ u seminars li ġew organizzati minn aġenziji nazzjonali barranin. Dawn it-tip ta’ attivitajiet, li jiffokaw fuq edukazzjoni mhux formali, ġew iffinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea, DG - Edukazzjoni u Kultura. Kien hemm ukoll żidiet oħrajn fin-numru ta’ parteċipanti li bbenefikaw mill-Ewwel Azzjoni - Skambji ta’ Żgħażagħ, mit-Tielet Azzjoni - Inizjattivi taż-Żgħażagħ, u l-Ħames Azzjoni - Miżuri ta’ Appoġġ.   

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow