Left arrow Go Back

TWEĠIBA GĦALL-ISTQARRIJA TAL-KELLIEM TA’ L-OPPOŻIZZJONI DWAR IS-SETTUR TAT-TJUR U L-INDUSTRIJA TAL-MAJJALI

PR0017
Date Icon 06/01/2005

Il-Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni fl-istqarrija tiegħu reġa’ semma s-surcharge fuq id-dawl u l-ilma li tħabbret fil-budget minħabba ż-żieda qawwija fil-prezz internazzjonali taż-żejt. Irid jitfakkar li minkejja li fl-1997 meta l-Partit Laburista kien fil-Gvern, u l-prezz taż-żejt kien ħafna orħos minn dak tal-lum, il-Ministru ta’ dak iż-żmien responsabbli mill-Biedja u s-Sajd, kien jaqbel mat-tariffi l-ġodda tad-dawl u l-ilma li kien għolla l-Gvern immexxi mill-Partit Laburista. B’dawk it-tariffi kif imposti mill-Gvern immexxi mill-Partit Laburista, raħħal li qabel kien iħallas Lm188 fis-sena kien ser ikollu jħallas Lm324 fis-sena, żieda ta 58%. Dawk li kienu jħallsu Lm30 kull erba’ xhur kien ser ikollhom iħallsu Lm791.  Bidwi jew raħħal tipiku kienu se jispiċċaw iħallsu ma’ l-Lm2,550 fis-sena, jew Lm7 kuljum aktar b’riżultat ta’ dawk it-tariffi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow