Left arrow Mur Lura

L-1 TA’ FRAR : MALTA TICCELEBRA JUM IL-HAJJA

PR99
Date Icon 28/01/2004

Ghall-ewwel darba f’Malta se jkun celebrat Jum il-Hajja. F’Ghawdex din ic-celebrazzjoni ilha ssir ghal dawn l-ahhar 18-il sena u tigi celebrata nhar l-ewwel Hadd ta’ Frar. L-origini tac-celebrazzjoni f’Ghawdex tmur lura ghas-sena tal-ftuh ta’ Dar Giuseppa Debono ghall-ommijiet mhux mizzewga. Fl-Italja dan il-jum hu maghruf bhala Giorno per la Vita, u ilhu jigi ccelebrat ghal dawn l-ahhar sitta u ghoxrin sena. 

It-tema marbuta ma’ Jum il-Hajja hi c-celebrazzjoni tal-hajja nnifisha, fl-aktar mod wiesgha. Tinkludi d-drittijiet tat-trabi li ghadhom mhux imwielda, imma tiffoka wkoll fuq il-kwalita’ tal-hajja offruta lit-tfal. Barra minn hekk,  tindirizza l-interess li s-socjeta’ Maltija ghandha dwar id-drittijiet tat-tfal mill-mument tal-koncepiment u d-dritt li jghixu fid-dinjita’. 

Mhux bizzejjed li s-socjeta’ tkun kontra l-abort, izda jehtieg li tipprovdi l-kundizzjonijiet kollha necessarji,  inkluz l-appogg u dawk is-servizzi mehtiega li jghinu lin-nisa u familji f’dawn is-sitwazzjonijiet biex  ma jikkunsidrawx l-abort bhala s-soluzzjoni. 

Din is-sena Malta ghandha ghall-ewwel darba l-Kummissarju Ghat-Tfal, li se sservi ta’ vuci ghall-membri z-zghar tas-socjeta’ taghna. Dan juri bic-car l-impenn qawwi li npoggu lit-tfal fuq quddiem nett, f’kull aspett tal-hajja. 

Fl-okkazjoni ta’ Jum il-Hajja se jigu organizzati numru ta’ attivitajiet li se jservu wkoll biex it-tfal isiru jafu lill-Kummissarju aktar mill-qrib. Ghadd ta’ skejjel se jorganizzaw attivitajiet specjali biex ifakkru dan il-jum. 

Nhar il-Gimgha 30 ta’ Jannar,  il-Kummissarju Ghat-Tfal, is-Sinjura Sonia Camilleri se zzur l-Iskola Ghozza li qabel kienet maghrufa bhala Schoolgirl Mothers’ Unit. 

Ta’ min jghid, li dawn l-ommijiet zghazagh ghamlu ghazliet kuraggjuzi favur il-hajja minkejja d-diffikultajiet u minkejja li d-decizjonijiet li hadu forsi ma kienux facli. Il-Kummissarju Ghat-Tfal tirrapprezenta persuni taht l-eta’ ta’ 18-il sena. Ghaldaqstant iz-zjara li se taghmel fl-Iskola Ghozza se sservi biex tifhem aktar id-diffikultajiet li dawn it-tfajliet, li ghadhom adolexxenti, qed ihabbtu wicchom maghhom. 

Nhar is-Sibt 1 ta’ Frar, fl-10.00 a.m., is-Sinjura Camilleri flimkien mas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Dolores Cristina se jiltaqghu mal-genituri l-godda fl-Isptar Karen Grech biex flimkien  jiccelebraw it-twelid ta’ hajjiet godda. Il-genituri se jinghataw fjura tal-ganutell bhala tifkira. Dawn il-fjuri saru minn studenti li jattendu l-Further Learning and Adult Education Unit immexxija mis-sinjura Mary Muscat u gentilment inghataw bhala donazzjoni ghal din l-okkazjoni. 

Wara nofsinhar, is-Sinjura Sonia Camilleri se taghti merhba lil aktar minn mitt tifel u tifla minn skejjel diversi f’Malta u Ghawdex. Dawn it-tfal ircevew invit personali biex jiltaqghu maghha fil-Kavallier San Gakbu u mistennija jesprimu maghha l-interpretazzjoni taghhom ta’ x’inhi l-hajja. 

Is-Sinjura Camilleri wriet ix-xewqa li tiltaqa’ ma’ kemm jista’ jkun tfal biex tisma’ minghandhom u tifhem aktar l-opinjonijiet, ix-xewqat u l-aspirazzjonijiet taghhom.  Wara diskussjoni li mistennija ddum madwar siegha, t-tfal se jkunu l-mistiedna taghha ghal riceviment zghir. Ghal dan l-avveniment se jkun hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari Dolores Cristina kif ukoll il-Membri Parlamentari Helen D’Amato u Marie Louise Coleiro. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow