MALTA TIPPARTECIPA F’LAQGHA DWAR BIEDJA ORGANIKA
l-Ministru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino attenda ghal-laqgħa dwar il-biedja organika li saret fi Brussels. Il-laqgħa ‘Towards a European Action Plan for Organic Farming’ kienet pass ieħor fit-tfassil ta’ politika ta’ l-U.E. dwar il-biedja u l-prodotti organici.
F’diskors li għamel waqt din il-laqgħa, il-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-biedja Franz Fischler qal li laqgħa bħal din isservi biex jinstemgħu l-opinjonijiet tal-partijiet kollha nvoluti. Dawn jinkludu l-Kummissjoni Ewropeja, il-Gvernijiet tal-pajjiżi msieħba u dawk li se jissiehbu fl-UE, għaqdiet ambjentali, għaqdiet tal-konsumatur u rapprezentanti ta’ hwienet li finalment ibiegħu l-prodotti organici.
Fischler qal li fix-xhur li gejjin se jsiru aktar konsultazzjonijiet biex titfassal il-pożiżżjoni finali tal-Kummissjoni Ewropeja.
Intant matul il-laqgħa, saru wkoll xi kuntatti biex esperti minn pajjiżi b’attivita’ ta’ biedja organika stabbilita, jkunu jistghu jgħinu lill-ufficjali Maltin dwar prattici li qed jintuzaw bhalissa fis-settur tal-biedja organika.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en