REGOLARIZZAZZJONI TA’ ARRETRATI DWAR LICENZJI TA’ VETTURI BIL-MUTUR. (LN 13 TA’ 2004)
Ir-Regolamenti l-godda dwar ir-regolarizzazzjoni ta’ Arretrati dwar Licenzji ta’ Vetturi bil-Mutur ser jidhlu fis-sehh fid-29 ta’ Jannar 2004.
Minn rapporti migbura mid-Direttorat tal-Licenzji u Ttestjar jidher illi ghandna, madwar 8,000 vettura bi pjanci qodma, u 16,000 vettura ohra bi pjanci godda (ta’ wara 1995) li ghalihom ma thallsitx il-licenzja tat-triq ghal numru ta’ snin. Hu probabli li hafna minn dawn il-vetturi lanqas biss ghadhom jezistu.
Fil-jiem li gejjin, l-Awtorita’ ser tibghat ittra lil dawn il-persuni li ghandhom vetturi bi pjanca antika u li ilhom ma jhallsu il-licenzja tat-triq biex tgharrafhom illi jekk ma jirregolarizzawx il-pozizzjoni taghhom u jhallsu l-arretrati pendenti fi zmien sitt xhur, l-Awtorita’ ser tiehu l-passi mehtiega biex tiskrappja dik il-vettura. Kull sid ta’ karozza li jkun jixtieq jirregolarizza l-pozizzjoni tieghu jew li jkun jixtieq jiggaraxxja l-vettura tieghu fiz-zmien stipulat bil-ligi (6 xhur), huwa mheggeg li jikseb izjed informazzjoni mill-Arrears Unit Help Desk tad-Direttorat tal-Licenzji u Ttestjar jew jibghat ittra lill-istess Direttorat bl-intenzjoni tieghu.
Wara li jkunu rregistraw mad-Direttorat matul is-sitt xhur li gejjin is-sidien ser ikollhom ic-cans sa xahar wara l-gheluq tas-sitt xhur biex jghaddu lid-Direttorat id-dokumenti kollha mehtiega.
F’kaz li jkun hemm citazzjonijiet pendenti fuq il-vettura, dawn xorta jridu jithallsu u l-vettura ma tkunx tista’ tigi skrappjata jew ggaraxxjata qabel ma dan isir.
Kif ser jitmexxa l-process:
Sidien ta’ Vetturi li jridu jinfurmaw lill-awtorita’ li dawn íew skrappjati iridu –
- Jgharrfu lid-Direttorat bil-miktub
- Iridu jhallsu ic-citazzjonijiet kollha pendenti
- Iridu jiehdu íurament.
Dawn il-klijenti ser jiġu ezentati milli jħallsu l-arretrati pendenti.
Sidien li jixtiequ jiskrappjaw il-vettura taghhom, iridu –
- Jgħarrfu lid-Direttorat bil-miktub
- Iridu jħallsu c-citazzjonijiet kollha pendenti
- Iridu jipprezentaw id-Dokumenti kollha meħtiega, inkluzi l-pjanci
Dawn il-klijenti ser jiġu eżentati milli jħallsu l-arretrati pendenti.
Sidien ta’ vetturi li jridu jinfurmaw lill-Awtorita’ li dawn il-vetturi kienu gew iggaraxxjati, jridu -
- Jgħarrfu lid-Direttorat bil-miktub
- Iridu jħallsu c-citazzjonijiet kollha pendenti
- Iridu jiehdu gurament.
Dawn il-klijenti ser jingħataw skont ta’ 66% fuq l-arretrati pendenti.
Sidien li jixtiequ jħallsu l-arretrati u jżommu l-karozza fuq it-triq, iridu –
- Jgħarrfu lid-Direttorat bil-miktub
- Iridu jhallsu c-citazzjonijiet kollha pendenti
- Iridu jhallsu l-licenzja tat-triq għas-sena kurrenti
- Iridu jippreżentaw id-Dokumenti kollha mehtieía.
Dawn il-klijenti ser jingħataw skont ta’ 33% fuq l-arretrati pendenti.
Fl-eventwalita’ li jkun ghad hemm numru ta’ sidien li jkunu ghadhom ma kkomunikawx mad-Direttorat fiz-zmien stipulat, l-Awtorita’ ma jkollha l-ebda alternattiva hlief li tiehu passi legali kemm Civili kif ukoll Kriminali kif inhu provdut fil-ligi.
Is-sidien li ghandhom vetturi bi pjanci qodma huma mgharrfa illi jekk ma jsirx kuntatt mad-Direttorat sad-29 ta’ Lulju, 2004, il-vettura taghhom ser tigi awtomatikament maqtugha mill-listi tad-Direttorat u biex tinghata pjanca gdida tkun trid tithallas it-taxxa tar-registrazzjoni tal-vettura mill-gdid.
Marbuta ma’ l-introduzzjoni ta’ dawn ir-regolamenti hemm ukoll l-introduzzjoni, mill-1 ta’ Jannar, 2004, (LN 405 ta’ 2003) tar-regolamenti dwar l-Ikklampjar u t-Tnehhija ta’ Oggetti ta’ Ingombru.
Permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ dawn ir-Regolamenti, il-Kummissarju tal-Pulizija jew Kunsill Lokali jista’ jnehhi kull vettura li ma tkunx thallsitilha l-licenzja tat-triq ghal xi sena kurrenti kull meta l-licenzja tkun skadiet b’aktar minn tliet xhur.
Skond ir-regolamenti, il-vettura ma tistax tinghata lura lis-sid taghha qabel ma tkun giet mhallsa l-licenzja tat-triq tal-vettura bl-arretrati kollha u l-multa normali tat-towing applikabbli. F’kaz illi l-vettura tigi skrappjata mill-Awtoritajiet, is-sid ser ikun obligat li jhallas multa ta’ mhux izjed minn Lm 500.
Huwa ghalhekk importanti illi kull persuna li f’isimha ghandha rregistrata vettura mhix koperta b’licenzja tat-triq ghandha minnufih tirregolarizza l-pozizzjoni taghha biex tevita tehel izjed spejjez.
Membri tal-pubbliku li jixtiequ aktar informazzjoni jistghu jikuntatjaw is-sezzjoni tal-customer carefid-Direttorat tal- Licenzi u Ttestjar fi hdan l-Awtorita’ Dwar it-Trasport fuq numru 21 247955/6.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en