REGISTRAZZJONI TA’ NAGHAG U MOGHOZ
Id-Dipartiment ta` l-Agrikoltura fid-divizoni tas-Servizzi Agrikoli u Zvilupp Rurali ha jaghmel ezercizzju sabiex;
a. issir registrazzjoni ta’ rziezet tan-naghag u tal-moghoz;
b. issir registrazzjoni tar-rahhala li jrabbu naghag u moghoz;
c. jigi rekordjat in-numru tan-naghag u l-moghoz fuq kull razzett u
d. jigu rrekordjati n-numri tac-comb ta’ kull annimal rispettivament.
L-informazzjoni kollha migbura sejra tigi ccekjata u vverifikata biex ikun zgurat li l-informazzjoni migbura tkun korretta.
Kwalunkwe moviment ta’ bhejjem irid ikun approvat mid-Dipartiment tal-Harsien u s-Sahha ta` l-Annimali fit-Taqsima ta` l-Ikel u Attivita Veterinarja.
Rahhala li jrabbu naghag u moghoz ghandhom jirregistraw matul ix-xahar ta’ Frar 2004 bejn 8.30 a.m. u 1.00 p.m. f’ wiehed minn dawn il-postijiet:-
§ Animal Husbandry Section, Block D, Centru ta’ Ricerka u Zvilupp Agrikolu, Ghammieri, Marsa.
§ Mosta Extension Service.
§ Zabbar Extension Service.
§ Siggiewi Extension Service.
§ Rabat Extension Service.
§ il-Biccerija tal- Gvern, Ghawdex.
Rahhala li jmorru jirregistraw il- bhejjem ghandhom jiehdu maghhom:-
a. l-indirizz tar-razzett fejn qeghdin jinzammu l-bhejjem, kif ukoll in-numru tal- Karta ta’ l-Identita` ta’ fuq min huma registrati l- annimali;
b. lista ta’ bhejjem, it-tip u n-numru tac-comb taghhom;
c. informazjoni dwar ir-razez tal-bhejjem;
d. kopja ta’ l-ahhar rapport tat-titqib mis-Servizzi Veterinarji.
Kull produttur ser jintalab izomm certu rekords tal-merhla u jrid jara li kull bhima jkollha c-comba. Annimali bla comb ma jigux ikkunsidrati ghas-sussidju / jew xi ghajnuna li tista’ tinghata. Min ma jirregistrax il-bhejjem jitlef ic-cans li jinghata ghajnuna finanzjarja.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en