Left arrow Mur Lura

L-IMPORTANZA TA’ L-ISPORT FL-EDUKAZZJONI

PR870
Date Icon 25/05/2004

L-IMPORTANZA TA’ L-ISPORT FL-EDUKAZZJONI

“L-isport huwa importanti ferm fl-edukazzjoni għaliex fih uliedna mhux biss qed itejjbu saħħithom iżda wkoll jitgħallmu jaħdmu flimkien aħjar bħala tim, ħila li ’l quddiem żgur ser ikollhom bżonn meta jibdew il-ħajja tax-xogħol tagħhom.” Dan qalu il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi, l-Onor. Louis Galea waqt il-preżentazzjonijiet tal-premjijiet ta’ l-‘Active Lifestyle Cup’ organizzata mill-General Soft Drinks Company ġewwa il-Kumpless Sportiv tal-Kottonera.

F’din l-attività, li hija parti mill-kampanja tal-Coca Cola International, ħadu sehem kemm skejjel ta’ l-istat kif ukoll skejjel privati. B’kollox kien hemm 10 timijiet tal-futbol, kemm bniet kif ukoll subien, u l-iskejjel li pparteċipaw kienu Dun G Zammit Junior Lyceum (subien), G Despott Junior Lyceum (subien), Liċeo Vassalli tal-Ħandaq (subien), San Anton (subien u bniet), St Martins (subien u bniet), Carlo Diacono Junior Lyceum (bniet), Kan P Pullicino Secondary School (bniet), Margaret Mortimer Junior Lyceum (bniet).

Kull skola li ħadet sehem ġiet ippremjata Lm 100 voucher li jista’ jissarraf f’kotba ta’ l-attività sportiva u s-saħħa,  3 settijiet ta’ 8 kits tal-football lil kull tim, u kupun tal-GSDC.

Ir-rebbieħa ta’ kull grupp kienu:

Subien 11/12 - Ħamrun, it-tieni St. Martins u Ħandaq.

Bniet 11/12 - San Anton, it-tieni St Luċija.

Subien 13/14 – Ħandaq, it-tieni San Anton.

Bniet 11/12 – St. Luċija u r-Rabat, it-tieni Żejtun.

Subien 15/16 – Ħandaq, it-tieni Ħamrun.

Bniet 15/16 – Rabat u St. Luċija, it-tieni St Martin.

Ms Micallef, il-manager ġenerali tal-General Soft Drinks Company, qalet fid-diskors tagħha għal din l-okkażjoni li “l-ħeġġa li kien hemm kemm mill-istudenti kif ukoll mill-għalliema u l-kapijiet kienet enormi. Dan il-proġett inħossu li kien ta’ suċċess għaliex intlaħaq l-iskop tiegħu li tingħata importanza akbar lill-isport fl-iskejjel. Id-ditta General Soft Drinks Company tirringrazzja lil kull min ħa sehem u diġà bdew il-preparamenti għas-sena d-dieħla. Barra minhekk nirringrazzjaw ukoll lill-Ministru Louis Galea talli ta l-opportunità li jittella’ dan il-proġett”.

Il-Ministru Louis Galea qal li din l-okkażjoni tkompli ssaħħaħ il-proġetti li qed jiġu organizzati għal din is-sena (2004) li hija s-Sena Ewropea ta’ l-Edukazzjoni permezz ta’ l-Isport (EYES). “Huwa importanti ferm li jittellgħu aktar proġetti ta’ din il-kwalità li jagħtu ċans lit-tfal kollha jkunu aktar sportivi u enerġetiċi b’mod edukattiv”, kompla jgħid il-Ministru fil-waqt li faħħar lid-ditta General Soft Drinks Company ghal din l-inizjattiva u għamel sejħa għall-kumpaniji kollha biex jieħdu aktar inizjattivi bħal dawn.


DOI – 25.05.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow