Left arrow Mur Lura

FTEHIM BEJN IL-MALTAPOST U L-UHM

PR868
Date Icon 25/05/2004

FTEHIM BEJN IL-MALTAPOST U L-UHM

Il-Ministeru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment, Maltapost plc u l-Union Ħaddiema Maqgħudin iħabbru li l-management u l-union laħqu ftehim dwar il-kwistjoni tal-manning levels fil-kumpanija.

Il-ftehim intlaħaq wara diskussjonijiet intensivi u twal tul din l-aħħar ġimgħa.

Il-management u l-union ftiehmu li l-Maltapost tibda process immedjat biex iżżid l-impjegati tagħha b’erbatax-il persuna li jintgħażlu minn fost ex-impjegati tal-Maltapost stess li dan l-aħħar ġew trasferiti lejn is-settur pubbliku, jew inkella minn fost impjegati li diġà jaħdmu fis-settur pubbliku u entitajiet pubblici.

Intlaħaq ftehim ukoll li l-management u l-union jagħmlu ‘time and motion study’ f’oqsma differenti li jiftiehmu dwarhom iż-żewġ naħat. Dan l-istudju għandu jitlesta sa l-aħħar ta’ Ġunju u l-‘management’ u l-‘union’ qablu li jimplimentaw il-pariri li joħorġu minn dan l-istudju.

Il-Gvern, il-kumpanija u l-union jesprimu sodisfazzjon li ntlaħaq ftehim li lkoll jemmnu ser iservi kemm biex ikompli jitjieb il-livell ta’ servizz lill-klijenti tal-Maltapost, il-‘manning levels’ tal-kumpanija ikunu adegwati, kif ukoll biex il-kumpanija tkompli fil-hidma taghha biex itejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja taghha.

DOI - 25.05.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow