FTUĦ TA’ ĠINNASJU ĠDID FL-ISKOLA ST. MONIKA
FTUĦ TA’ ĠINNASJU ĠDID FL-ISKOLA ST. MONIKA
“L-isport huwa ferm importanti għas-saħħa u l-edukazzjoni ta’ uliedna, u dan qed jiġi nfurzat ukoll mill-Unjoni Ewropea li qegħda ssejjaħ din is-sena – is-Sena Ewropea ta’ l-Edukazzjoni permezz ta’ l-Isport (EYES).” Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żagħżagħ u Impjiegi, Louis Galea waqt id-diskors tal-ftuħ tal-ġinnasju l-ġdid fl-iskola ta’ Santa Monika.
Dan l-aħħar qegħdin naraw diversi skejjel privati li qed jinvestu f’faċilitajiet sportivi. Fost l-oħrajn insibu San Alwiġi, De La Salle, Savio College, San Anton, San Andrea u issa anke dan il-kulleġġ tal-bniet li ser isemmi dan il-ġinnasju “Teresa Spinelli” li kienet il-fundattriċi ta’ skola tal-bniet fi Frosinone, fl-1821.
L-attività fiżika hemm bżonn li jkollha post akbar fil-kultura tagħna, u l-ġurnata u t-timetable ta’ l-iskola trid tagħti ċ-ċans lit-tfal jużaw l-enerġija tagħhom fl-isport. Infatti, mis-sena skolastika li ġejja, l-MCAST ser ikollu module li jinkludi attività sportiva obbligatorja. Il-bini ta’ dawn il-faċilitajiet fi skola privata huwa wkoll pass ieħor konkret sabiex innisslu fil-kultura tagħna l-bżonn u l-benefiċċji ta’ l-attività fiżika. L-iskejjel tal-gvern ukoll mexjin f’din id-direzzjoni u beda wkoll ix-xogħol ta’ ppjanar fuq il-Kumpless tal-Karwija li huwa parti mill-Kampus ta’ skola sekondarja.
“Din l-inizjattiva tal-Kulleġġ ta’ St. Monika hija sinjal ċar ta’ min għandu għal qalbu it-trobbija ta’ uliedna u ta’ min ifaħħar proġett bħal dan, b’mod speċjali għax qiegħed fi skola tal-bniet, li mhix ħaġa komuni”, tenna l-Ministru Galea.
DOI – 24.05.2004Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en